Left arrow Mur Lura

L-Onor. Edwin Vassallo dwar il-htiega li s-settur tas-self employed jigi mghejjun u organizzat

PR1060
Date Icon 07/07/1999

"Jehtieg nsibu metodi godda li fl-inqas zmien possibli u bl-anqas hela ta' rizorsi noholqu ufficju fejn is-Self Employed u s-settur tan-negozju nghinuh jorganizza ruhu u fejn jista' jinqeda fl-anqas zmien possibli. L-Ufficju Centrali ta' L-Istatistika, flimkien mal-Managment Information Technology Traing Services huma f'pozzizzjoni li jistghu jinghuna nilhqu dan il-ghan. Irridu naraw kif bhala Ministeru responsabbli ghas-settur tan-negozju nifthu relazzjoni ta' xoghol ma' dawn iz-zewg entitajiet innovattivi" Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo fi zjara li ghamel fl-Ufficcju Centrali ta' L-Istatistika fejn mieghu kellu is-Sur Victor Vella CEO tal-MITTS.

"Fil waqt li qabel l-attenzjoni ta' l-Istatistika kienet aktar indirizzata lejn in-negozjant il-kbir irridu issa naghtu prijorita liz-zghir. Jehtieg li jkollna l-ghodda mehtiega biex nevalwaw is-suq u b'hekk nghinu lin-negozjant jaggorna ruhu jizviluppa. L-istatistika tista' tghinna biex nevalwaw sitwazzjoni fejn waqt li d-depoziti fil-banek kummercjali u l-importazzjoni qeghdin jizdiedu, fl-istess waqt hawn seba' t'elef ruh qieghda u hawn min qed jilmenta li jista jbiegh iktar. Din jista' jkun sinjal ta' overtrading f'xi setturi tan-negozju. Bil-ghajnuna ta' l-Ufficju ta' l-Istatistika nistghu nkunu f'pozizzjoni li nindikaw liema huma s-setturi li qeghdin ibighu l-aktar u ghaliex filwaqt li nifthu ghajnejn negozjanti li jkunu ser jidhlu f'settur li ma jirrendix qliegh xieraq ghall-investiment." kompla jghid is-Sur Vassallo.

"Il-maggoranza tan-negozju fil-pajjiz huwa maghmul min il-fuq minn 15,000 Self Employed zghir li sa issa ftit li xejn ghandna informazzjoni dwarhom. Il-kumpilazzjoni ta' Registru tan-Negozju li ser iniedi fil-futur qarib l-Ufficju ta l-Istatistika ser jaghti informazzjoni dettaljata dwar-is-setturi differenti tan-negozju w il-prodotti li jbieghu. F'suq miftuh li jhares lejn il-globalizzazjoni tan-negozju, l-organizzazjoni u l-informazzjoni huma ghodda li jridu jintuzaw bl-ahjar mod. L-organizzazjoni tan-negozju u l-ghajnuna biex kull negozju jispecjalizza, hija l-qofol ta' l-ghajnuna li trid tinghata lis-settur tan-negozju. Min huwa organizzat qieghed ikollu success. Ghalhekk hemm bzonn li nghinu aktar inprendituri jkunu kapaci jilqghu ghall-isfida ta' l-aggornament kontinwu fin-negozju biex ikunu kapaci jbieghu dak li jkun hawn domanda ghalih -" temm ighid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow