Stqarrija mid-Divizjoni tas-Sahha dwar rata gholja ta' Sick Leave fil-qasam tas-servizz tas-sahha
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tinsab imħassba bir-rata ta' sick-leave li qed jittieħed mill-impjegati fid-diversi oqsma tas-servizz. Dan mhux biss qed ikollu effett negattiv fuq is-servizz li qed jingħata lill-pazjent, iżda qed iwassal għal infieq ta' somom kbar ta' flus fi ħlas ta' overtime lill-impjegati oħra li d-Diviżjoni jkollha ddaħħal biex tiggarantixxi servizz lill-pubbliku.
Illum minħabba li disa' nurses mis-swali ta' l-operazzjonijiet irrapurtaw sick, kellu jsir caqlieq ta' diversi nurses minn oqsma oħra u jiddaħħlu overtime sitt impjegati. L-istess 'ara jumejn ilu fejn minn sitt nurses f'Fairyland daħal għax-xogħol wiehed biss.
Ir-rata ta' sick leave f'din l-ahhar sena żdiedet b'medja ta' 15 fil-mija. Il-mod li bih qed jittieħed s-sick leave iwassal biex wieħed jitħasseb dwar kemm dan huwa genwin u jwassal ukoll li wieħed jikkonkludi li dan qed ikun ippjanat biex joħloq il-ħtie'a ta' overtime. Id-Divizjoni qed tħallas medja ta'Lm120,000 overtime kull xahar li qed iwassal li numru sostanzjali ta' individwi qed jaqilghu sa Lm500 overtime kull xahar. Dan meta n-numru ta' nurses żdied u meta f'dan iż-żmien ma hawnx xi epidemija ta' mard infettiv bhal influenza.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN