Diskussjonijiet fuq l-Unjoni Ewropea fil-Padiljun ta' Malta: In-Negozjant irid jemmen fih innifsu
"Kull bidla li hi mehtiega trid issir ghal wiccna u mhux ghal wicc l-Unjoni Ewropeja. L-imprenditur irid jemmen fih innifsu u fl-abbilta' tan-negozju tieghu". Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici l-Hon. Edwin Vassallo f'diskussjoni ta' informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea fil-padiljun ta' Malta.
"Dan il-pajjiz qed johloq il-gid. Minkejja l-kritika li hawn lejn is-settur tan-negozju u minkejja li hawn negozjanti li jixtiequ jbieghu aktar, dan huwa pajjiz li qed jaghmel il-flus" kompla jghid is-Segretarju Parlamentari.
"Bizzejjed wiehed jara li d-depoziti fil-banek kummercjali taghna sa April ta' din is-sena zdiedu bi 33 miljun lira. Minkejja li hawn min qed ighid li fil-pajjiz m'hawnx negozju, ic-cifri tad-dhul tad-Dwana minn Jannar s'April tas-sena l-ohra meta mqabbla ma l-istess perjodu ta' din is-sena juru zjieda fid-dhul ta' madwar zewg miljuni.
Jannar - Mejju 1998
LM18,970,000
Jannar - Mejju 1999
LM20,702,000
Id-dhul tal-Gvern mit-taxxa tas-C.E.T. minn Jannar sa Mejju ta' l-1998 meta mqabbel mad-dhul mil-V.A.T. ghall-istess perjodu ta' din is-sena nsibu li zdied b'izjed minn tlett miljuni.
Vat (1) and Replacement (2)
Jannar - Mejju 1998
LM29,619,000
Jannar - Mejju 1999
LM33,054,000
- Bdiet fl-1 ta' Jannar 1995
- Mill-ewwel ta' Lulju 1997 u tinkludi including C.E.T.
Huwa qal li jekk ahna nharsu lejn l-importazzjoni ghall-ewwel hames xhur ta' dawn l-ahhar 4 snin nsibu sitwazzjoni li turi kif zdiedet l-importazzjoni li tixhed li l-bejgh u l-konsum b'mod generali zdied.
1996 420,550,000
1997 415,586,000
1998 417,850,000
1999 443,305,000
Is-Sur Vassallo kompla jghid li tkun membru ta' l-Unjoni jfisser li tgawdi l-beneficcji kollha li jgawdu n-negozjanti kompetituri taghna li gejjin minn pajjizi membri. Huwa qal li rridu niddeciedu jekk irridux nibqghu barra minn dan is-suq jew inkella naghmlu parti minn dan is-Supermarket u mill-opportunitajiet li joffri. Is-Segretarju Parlamentari tenna li llum f'Malta ghandna sitwazzjoni fejn negozji zghar qeghdin jinghaqdu flimkien sabiex jibbenifikaw mis-sahha li toffri struttura akbar. "Huwa tajjeb jekk tkun ma' ohrajn. Wasal iz-zmien li nkunu qed nipprotegu lin-negozju taghna mhux izjed billi nibnu hitan madwarna izda billi nissiehbu ma' ohrajn. B'hekk ikollna l-istess drittijiet u opportunitajiet li joffri suq akbar bl-istess responsabbiltajiet u pizijiet. Jekk ser nibqghu nibnu swar ta' protezzjoni madwarna fin-negozju nnaqqsu mill-abbilta taghna li naghmlu negozju." kompla jghid is-Segretarju Parlamentari
Is-Sur Vassallo qal li jehtieg li nhossuna komdi biex nikkompetu w inkunu kapaci biex nisfidaw is-Suq. Is-Sur Vassallo sostna li llum il-gurnata rridu ngharfu li ghandna rejaltajiet differenti u l-mod ta' kif nghamlu n-negozju llum huwa differenti minn tal-bierah. Filwaqt li nafu li hawn hwienet tal-hwejjeg u taz-zraben li huma armati biex ibieghu aktar u qeghdin jilmentaw minn nuqqas ta' bejgh, il-prezzijiet tal-hwejjeg u z-zraben gholew flok rohsu. Dan huwa kontra dak li ghandu jigri f'sitwazzjoni ta' nuqqas ta' bejgh fejn il-prezz suppost jorhos.
Is-Segretarju Parlamentari tenna li n-negozji z-zghar ghandna bzonnhom, ghandhom posthom fil-pajjiz u jehtieg nibqghu ninvestu fin-negozji zghar taghna. "Huwa tajjeb li nkunu nafu li l-maggoranza l-kbira tan-negozji fil-kumplament ta' l-Ewropa huma zghar. Allura l-istess mentalita' ta' li hemm fl-U.E. ser tghinna norganizzaw lilna nfusna. Illum l-isfida tan-negozju u l-ghaqdiet tan-negozju hija d-dmir li jorganizzaw in-negozju. Min hu organizzat qieghed ibiegh. Din m'hijiex tellieqa bejn il-kbir u z-zghir izda bejn in-negozju organizzat u dak li jrid jibqa' kif kien bla ma jaggorna ruh
"Il-Gvern irid jghin lin-negozju zghir b'metodi prattici li jorganizzawh biex jaffronta il-kompetizzjoni fis-suq u mhux billi ninghalqu fina nfusna. Nafu li ser nirriskjaw pero ser nirriskjaw biex naqilghu aktar flus" temm ighid is-Segretarju Parlamentari Vassallo.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN