Konferenza Internazzjonali dwar Frodi Kummercjali se ssir f'Malta
Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, Dr. Austin Gatt, mistenni jinawgura Konferenza Internazzjonali li se ssir f' Malta bejn il-Hamis, 8 ta' Lulju u t-Tnejn, 12 ta' Lulju 1999. Din il-Konferenza, bit-tema "Commercial and Financial Fraud: A Comparative Perspective" qed tkun organizzata mis-Soċjet'? Internazzjonali għar-Riforma fil-Li'i Kriminali (The International Society for the Reform of Criminal Law).
'?al Konferenza mistennija jattendu diversi mistiedna distinti mid-dinja kollha u li jinkludu Presidenti tal-Ġudikatura, Imħallfin, Bankiera u Esperti Finanzjarji; filwaqt li minn Malta se jattendu diversi membri tal-Ġudikatura, rapprezentanti mill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali, mill-Bank Ċentrali, mill-Uffiċċju ta' l-Awditur Nazzjonali, mid-Dipartiment tal-VAT, banek kummerċjali, kumpanniji ta' l-assigurazzjoni u ta' l-‘accountancy' u kif ukoll studenti li jattendu fil-Fakult'? tal-Li'i fl-Universit'? ta' Malta.
Tul il-Konferenza se jkunu diskussi diversi temi relatati mal-frodi finanzjarja u kummerċjali, u kif ukoll se jkunu kkomparati l-esperjenzi varji ta' diversi pajjiżi għal problemi u reati bħal dawn.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN