Seminar ghas-Sotto Kumitat tal-Kunsilli Lokali responsabbli mill-Politika Kummercjali tal-Lokal
F'Seminar ghas-Sotto Kumitati tal-Kunsilli Lokali responsabbli mill-Politika Kummercjali tal-Lokal, is-Sur Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici spjega l-hsibijiet tieghu dwar il-policy paper "Politika Kummercjali Favur l-Impjiegi fil-Komunita'." Il-Papertqassmet lil dawk prezenti u ser tintbghat lil ‘l fuq minn 30 Kunsill Lokali flimkien ma' questionnaire li ghandu jintela' minn kull sotto kumitat. Dan jidentifika pjan ta' hidma ghal perjodu definit ta' zmien b'risq l-attivita' kummercjali fil-lokal.
Ghas-seminar, kien hemm prezenti l-Ministru tal-Gustizzja u Politika Lokali Dr Austin Gatt, il-President ta' l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Dr Ian Micallef u numru ta' Sindki u kunsilliera minn diversi lokalitajiet.
Din l-inizjattiva hija r-rizultat ta' ‘l fuq minn tletin zjara li s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ghamel fil-Kunsilli Lokali mferrxa ma' Malta u Ghawdex fejn spjega l-htiega ta' sotto kumitat li jkun direttament responsabbli mill-Politika Kummercjali tal-Lokal. L-ghan ewlieni ta' din il-politka kummercjali mfassla ghall-htigijiet tal-lokal huwa li tgholli l-ghejxien u tkattar l-impjiegi fil-komunita.
Politika Kummercjali Lokali Favur l-Impjiegi fil-Komunita'
Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari
a. Introduzzjoni.
- Il-Kunsill Lokali huwa fi dmir li jzomm konsultazzjoni ma' kull settur tal-komunita sabiex jgharaf iwettaq politika li twiegeb ghall-htigijiet tal-komunita', filwaqt li toffri direzzjoni lejn hidma li twassal lejn l-izvilupp fil-kwalita tal-hajja fil-komunita'.
- F'kull direzzjoni li tittiehed, ghandha tinghata mportanza lil kull htiega partikolari ta' kull settur tal-komunita', u ma ghandha tittiehed l-ebda decizjoni b'detriment ghal settur iehor.
- Il-Kunsill Lokali huwa dejjem responsabbli ta' kull decizjoni li ghandha tittiehed fil-Kunsill. Kull proposta ghandha tkun ikkunsidrata u diskusssa f'kull livell ta' konsultazzjoni, izda huwa l-Kunsill li ghandu jerfa' r-responsabbilta' ta' decizjoni.
b. L-ghan tal-hidma tal-politika Lokali.
- L-izvilupp ta' livell ta' l-ghejxien fil-komunita ghandu jkun dejjem il-qofol ta' servizz fil-hidma politika tal-Kunsill Lokali.
c. Biex jintlahaq dan il-ghan.
- Bhala Gvern Lokali, il-Kunsill ghandu jizviluppa politika kummercjali bil-hsieb li fil-komunita' jinholqu aktar impjiegi fis-settur kummercjali u hekk il-livell ta' hajja jkun dejjem wiehed sostenibbli ghall-komunita'.
- Il-Politika Kummercjali Lokali ghandha timmatura fil-Komunita meta l-Kunsill Lokali jiehu dawn il-passi:-
- Li jikkonsulta mil-qrib mas-settur kummercjali u hekk il-Kunsill Lokali jkollu Kunsillier responsabbli mis-sotto kumitat skond kif jara l-htiega. Dan biex jikkordina il-konsultazzjoni u l-implementazzjoni ta' politika kummercjali li tgharaf thares ukoll lejn is-servizz efficjenti li bi dritt il-konsumatur jistenna meta jmur ihallas ghas-servizz li jkun xtara.
- F'dan is-sotto kumitat ghandu jkun ikkunsidrat kull impatt li progett infrastrutturali jista' jkollu fuq is-settur kummercjali biex kull progett infrastrutturali jkun jista' jaqdi l-htigijiet shah tal-komunita'.
- Jara li s-settur kummercjali fil-komunita jipprovdi aktar impjiegi li minnhom tgawdi l-komunita kollha.
- Janalizza l-livell tal-qaghad fil-komunita' kif ukoll il-livell t'impjiegi f'dan is-settur u kemm is-settur kummercjali qed jipprovdi impjiegi ghar-residenti tal-komunita'.
Iwassal lis-settur kummercjali biex ikollu s-servizzi mehtiega fil-komunita' tieghu u janalizza kontinwament il-kwalita' ta' servizzi li l-konsumatur qed jinghata. - Jikkordina hidma mad-Dipartimenti tal-Konsumatur biex tinghata aktar importanza ghall-gharfien tad-drittijiet tal-Konsumatur: kemm il-konsumatur innifsu kif ukoll lis-settur kummercjali.
- Is-settur kummercjali ghandu jkun mghejjun jifhem il-htiega li jghin l-ghaqdiet tal-volontarjat u hekk l-ghaqdiet tal-volontorjat fil-komunita' ikunu sostenuti mis-settur kummercjali.
Tkun ikkordinata hidma ma' l-E.T.C. fejn fil-Kunsill ikun jista' jinghata nformazzjoni dwar programmi ta' tahrig offruti mil-ETC kemm lis-settur kummercjali kif ukoll dawk li jkunu qeghdha. - Jghin biex jissahhah l-aspett kulturali tal-komunita' fejn il-lokalita' tizviluppa ukoll f'attrazzjoni turistika fejn il-kummerc ikun jista' jizviluppa minghajr ma johloq inkonvenjent ghall-kumplament tal-komunita'
- Jaraw li kull zvilupp infrastrutturali jipprovdi l-kwalita' mehtiega kemm lil dawk li jkunu qed jipprovdu n-negozju kif ukoll dawk li jkunu qeghdin jinqdew.
- Tkun mistharrga l-possibilita tal-parking fil-lokalita u b'mod specjali f'centru kummercjali u z-zoni industrijali li jaqghu that ir-responsabbilta' tal-Kunsilli Lokali.
- Ikunu organizzati laqghat ghal dawk kollha li jipprovdu servizz ta' negozju fil-lokalita' fejn ikunu wkoll mistiedna biex jitkellmu personalitajiet li huma f'negozju, Banek jew ghandhom sehem fi skemi ta' tahrig ghas-settur tan-negozju.
- F'zoni industrijali jsiru tabelli li jindikaw min huma l-industriji li qeghdin joffru servizz.
- Ikunu organizzati zjajjar turistici u jkun mistharreg mod ta' kif il-lokalita' tkun esposta ghal-zjajjar ta' turisti bil-massa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN