Left arrow Go Back

Diskussjoni fil-Padiljun ta' Malta: Il-Ministru tal-Finanzi jelenka l-vantaggi li ggib maghha l-Munita Ewropea

PR1044
Date Icon 05/07/1999

"Ghandna jkollna bhala oggettiv li nkunu parti miz-zona tal-Euro."

Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi waqt diskussjoni fil-Padiljun ta' Malta il-bierah il-Hadd, 4 ta' Lulju 1999.

Il-Ministru spjega kif Malta, bhala pajjiz diga' tinsab integrata f'din is-sistema. In-negozjati diga' accetta li jhaddem l-Euro meta qed jinnegozja mal-pajjiz li juzaw din il-munita. Il-kompetittivita taghna fis-swieq Ewropej jiddependi min kif naghmlu n-negozju.

Il-Munita Ewropea issa hija realta', qieghda tigi innegozjata fi swieq barranin, fi swieq tal-kambju u qed tintuza minn negozjant biex jikwota prezzijiet ghax-xiri fl-Ewropa u barra mill-Ewropa bhala parti mill-process ta' intergrazzjoni fl-ekonomija ta' l-Ewropa.

Il-Euro tnaqqas ir-riskju tal-kambju u jonqsu wkoll l-ispejjez ghat-tibdil fil-kambju. Filwaqt li mill-lat finanzjarju l-Euro hija accettata izjed u ghalhekk taghtina bazi biex l-investiment jimxi b'aktar heffa u anqas problemi, sahaq il-Ministru.

Fl-1994, kompla l-Ministru Dalli, ghamilna pass kbir il-quddiem meta kien hawn ristrutturizzazzjoni shiha tas-settur finanzjarju f'Malta, gie mwaqqaf ic-centru finanzjarju u gew stabbiliti ligijiet finanzjarji, li fosthom taw awtonomija lill-Bank Centrali biex imexxi l-politika monetarja tal-pajjiz. Il-fatt li decizjonijiet serji li jaffettwaw l-ekonomija tal-pajjiz thallew f'idejn l-esperti jaghmel hafna gid ghax b'hekk gie assigurat li decizjonijiet jittiehdu aktar fuq x'inhu l-interess long term tal-pajjiz.

Il-Ministru temm jghid li sal-2002 irridu nkunu ppreparati, jekk xejn, biex nilqghu turisti li ser idahhlu l-Euro kontinwament f'Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow