Left arrow Mur Lura

Diskussjoni Pubblika dwar l-Unjoni Ewropea u l-Biedja u S-Sajd f?Pajjizna

PR1038
Date Icon 03/07/1999

Id-dhul fl-Unjoni Ewropea huwa l-unika triq li permezz taghha l-agrikultura f'pajjizna tista tiehu l-ghajnuna necessarja sabiex isir it-titjib fil-livelli u fl-efficjenza li hemm bzonn isir. Dan kien il-punt principali li hareg minn diskussjoni pubblika tal-Ministru tal-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, fil-padiljun Malti fil-Fiera Internazzjonali ta' Malta. Il-Ministru rega sahaq li dan it-titjib irid isir kemm jekk nidhlu kif ukoll jekk ma nidhlux fl-Unjoni, bid-differenza li bhala membri prospettivi ahna nistghu nibdew ingawdu minn fondi li jghinu lill-pajjizna jilhaq il-livelli ta' kompetizzjoni li ghandhom il-bdiewa Ewropej.

Diga qeghdin f'posizzjoni li nuzaw fondi biex tigi msahha u mmodernizzata is-sistema ta' amministrazzjoni ta' dan is-settur. Permezz ta' dawn il-fondi il-Gvern jigi mghejun johloq il-makkinarji amministrattivi tant bzonnjuzi biex jintlahqu dawn il-livelli oghla ta' produzzjoni u presentazzjoni. Il-pass li jmiss ikun ifisser li Malta tkun tista tgawdi minn Pre-Accession Funds li jintuzaw f'investiment fl-infrastruttura agrikola, bhal per ezempju tiswija ta' hitan tas-sejjieh, bini u tiswija ta' toroq tal-bdiewa u bini ta' impjanti ta' cold storage.

Wara diversi domandi u interventi mill-pubbliku numeruz prezenti ghal din il-laqgha, kien hemm spjegazzjonijiet specifici u fid-dettal mill-Ministru Zammit kif ukoll mill-esperti prezenti, jigifieri id-Diretturi tas-Sajd u Akkwakultura(Dr Anthony Gruppetta), ta' l-Agrikultura(Is-Sur Franco Serracino Inglott) u tas-Servizz Veterinarju(Dr Lino Vella). Fost il-punti li tqajjmu kien hemm is-sajd fl-ibhra Maltin u fil-Mediterran, protezzjoni tal-konsumatur minn kimici fi prodotti ta' ikel kif ukoll il-possibilitajiet ta' esportazzjoni ta' prodotti agrikoli lejn l-Ewropa.

Id-diskussjoni kienet organizzata mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni u tmexxiet mis-Sur Manuel Delia.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow