Siltiet mid-diskors tal-Ministru tal-Intern, Dr. Tonio Borg waqt il-ftuh tas-Seminar dwar il-Programm ta' Registrazzjoni ta' Artijiet fil-Belt Valletta u l-Furjana organizzat mill-Kumitat ghar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta
Wara li f'Settembru li ghadda, il-Partit Nazzjonalista rebah l-elezzjoni, ittiehdet id-decizjoni li dawk id-Dipartimenti li ghandhom x'jaqsmu mal-artijiet jew propjetajiet, jitpoggew taht ministeru wiehed. Hekk issa, l-Awtorita` tal-Ippjanar, id-Dipartiment tal-Artijiet, id-Dipartiment tar-Registrazzjoni tal-Artijiet u l-Joint Office, jaqghu kollha taht il-Ministeru tal-Intern. Dan huwa fatt pozittiv ghaliex issa l-hidma li ssir f'dan il-qasam qed tkun ko-ordinata ahjar u l-komunikazzjoni bejn dawn id-Dipartimenti qed tkun izjed effettiva.
F'April tal-1995 kienet giet varata inizjattiva ta' registrazzjoni ta' propjetajiet fil-Belt Valletta u fil-Floriana. Din l-inizjattiva saret bl-iskop li l-Gvern jara ezatt xi propjetajiet ghandu f'din iz-zona, specjalment wara li l-Knisja kienet ghaddiet lill-Gvern ghadd ta' propjetajiet, wara l-ftehim li kien sar fl-1989. Dwar dawn il-propjetajiet (fil-Belt Valletta u l-Floriana biss) hemm madwar 30,000 file li parti kbira minnhom diga` ghaddew lill-Joint Office.
Din ir-registazzjoni saret minkejja l-hafna diffikultajiet li sibna, izda kellha ssir biex il-Gvern jara xi propjetajiet ghandu u jiehu decizjonijiet dwar kif dik il-projeta` jista' juzaha ghall-ahjar gid tal-pajjiz.
Dan il-process kien mehtieg ukoll minhabba li f'dawn l-ahhar snin, kien hemm ezodu ta' residenti li mill-Belt Valletta u l-Floriana kienu jmorru joqghodu x'imkien iehor. Fl-istess waqt, f'din iz-zona zdied in-numru ta' ufficini. Minhabba li r-residenti f'din iz-zona beda jonqos b'mod sostanzjali, inholoq it-thassib li l-Belt Kapitali setghet titlef ir-ruh taghha.
Filwaqt li r-registrazzjoni tal-Propjetajiet tal-Gvern kienet success, m'hux l-istess jista' jinghad ghall-propjetajiet privati. Wahda mir-ragunijiet ghaliex ir-registrazzjoni ta' propjeta privata ma kienetx success, hija li ma nghatatx bizzejjed incentiva finanzjarja biex dan isir.
Dan is-seminar, ghalhekk qed isir biex jigi evalwat x'mar tajjeb u anke x'mar hazin fl-inizjattiva. Dak li mar tajjeb, il-Gvern huwa kommess li jkompli jibni fuqu, filwaqt li jiehu azzjoni dwar dak li mar hazin.
Nixtieq hawnhekk nirringrazzja s-sehem tal-Kunsilli Lokali f'din l-inizjattiva, b'mod partikolari l-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta u tal-Floriana li x-xoghol taghhom huwa ezempju ta' kif il-Kunsilli Lokali u l-Gvern centrali jistghu jahdmu flimkien b'success.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN