Zewg dipartimenti Ghawdxin iniedu Quality Service Charters
Bl-impenn li jtejjeb il-kwalita' ta' servizz li jinghata mid-dipartimenti tal-Gvern fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex, il-Ministeru llum nieda zewg Quality ServiceCharters fis-sezzjoni tat-Toroq u fil-Librerija Pubblika t'Ghawdex. B'hekk il-Ministeru issa ghandu b'kollox erba' dipartimenti / sezzjonijiet li nghataw charter ta' kwalita'. Iz-zewg charters kienu mnedija mill-Ministru ghal Ghawdex l-Onor Giovanna Debono, flimkien mal-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali, l-Onor Dr Austin Gatt.
Is-sezzjoni tat-Toroq hija responsabbli ghall-manutenzjoni, patching, resurfacing u rikostruzzjoni tat-toroq u bankini f'Ghawdex. Hija wkoll responsabbli ghall-manteniment strutturali tas-central strips u r-roundabouts, tiswija ta' hitan tal-Gvern fit-toroq ewlenin, twahhil u manutenzjoni tas-sinjali tat-traffiku kif ukoll tas-sistema tad-dwal tat-toroq.
Permezz tal-Quality Service Charter, is-sezzjoni tat-toroq f'Ghawdex qed tiehu l-impenn li ssewwi hsarat minuri fit-toroq fi zmien 48 siegha u li twiegeb ghal-ilmenti mill-pubbliku fi zmien erbat ijiem tax-xoghol. Is-sezzjoni tat-toroq, kull meta tkun se taghmel xi xoghlijiet, se tibda wkoll tgharraf lil dawk ir-residenti li jkunu joqghodu qrib tal-post fejn ikun se jsir ix-xoghol permezz ta' sinjali u avvizi fl-ufficcji tal-Kunsilli u avvizi li jintbaghtu fid-djar tar-residenti stess.
Flimkien mal-Quality Service Charter fis-sezzjoni tat-Toroq, kien imniedi wkoll ic-Charter fil-Librerija Pubblika t'Ghawdex. Minbarra s-servizz ta' self ta' kotba, il-Librerija Pubblika t'Ghawdex toffri numru ta' servizzi ohra lill-membri taghha. Dawn is-servizzi jinkludu katalgu elettroniku fejn il-pubbliku jista' jkollu access ghall-lista tal-materjal kollu li jinsab fil-Librerija Pubblika ta' Malta u Ghawdex. Jekk xi materjal ma jinstabx fil-Librerija t'Ghawdex, jistghu jsiru arrangamenti biex il-kotba jingiebu mill-Librerija Pubblika ta' Malta jew minn dik ta' l-Universita'. Il-Librerija Pubblika t'Ghawdex toffri wkoll servizzi awdjo-vizivi bhal ma huma video tapes u CD-ROMs. Attivitajiet ohra organizzati mill-librerija jinkludu sessjonijiet ta' story telling immirati sabiex jghinu lit-tfal fil-qari taghhom, orientationvisits fil-librerija u wirjiet.
Flimkien mal-Quality Service Charter fil-Librerija kien imniedi wkoll is-servizz ta' internet tal-Librerija u l-inawgurazzjoni ta' wirja ta' kotba godda mill-Ministru ghal Ghawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN