Left arrow Mur Lura

Bord tas-Supervizjoni tal-MATSEC

PR1020
Date Icon 01/07/1999

Persuni li jixtiequ li jsir stharrig ta' lmenti dwar ezamijiet tal-MATSEC li saru f'Mejju u Gunju 1999 ghandhom zmien biex iressqu l-ilmenti lill-Bord imwaqqaf ghal dan il-ghan sas-7 ta' Lulju 1999.

Il-Bord tas-Supervizjoni tal-MATSEC, presedut mill-Magistrat Silvio Meli, twaqqaf mill-Universita' biex jistharreg l-ilmenti u l-allegazzjoni kollha ta' natura serja fejn jidhlu l-ezamijiet immexxija mill-Bord tal-MATSEC. Il-Bord tas-supervizjoni ghandu wkoll ir-responsabbilita` li jinvestiga fuq inizjattiva tieghu stess, jew wara li jircievi xi lment jew allegazzjoni minn xi parti interessata inkella fil-mezzi tax-xandir.

Il-Bord immexxi mill-Magistrat Meli hu mistenni wkoll jaghti pariri ghal rimedji jew, f'kaz ta' bzonn, azzjoni dixxiplinarja. Il-membri l-ohra tal-Bord huma s-sur Marucie Debono, membru tal-Kunsill ta' l-Universita', u s-sur Alfred Chircop, ex-Kap tad-Dipartiment ta' l-Amministrazzjoni u l-Finanzi fil-Ministeru tal-Politika Socjali.

Din l-inizjattiva ttiehdet biex ikun assigurat livell dejjem itjeb fl-operat ta' l-ezamijiet imtella` mill-MATSEC.

Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni jfakkar li lmenti u allegazzjonijiet ta' din l-ghamla ghandhom jintbaghtu sad-data msemmija lill-Bord tas-Supervizjoni tal-MATSEC, l-Ufficcju tal-MATSEC, Universita` ta' Malta, Msida MSD 06.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow