Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd dwar l-Agrikoltura u l-Unjoni Ewropea

PR1006
Date Icon 30/06/1999

Waqt laqgha li kellu ma grupp ta' bdiewa u rahhala dalghodu, il-Ministru tal-Biedja u Sajd, l-Onorevoli Ninu Zammit ghamel referenza ghall-istqarrijiet li harget l-Oppozizzjoni il-bierah. Huwa qal li l-Kap ta' l-Oppozizzjoni, Dr Alfred Sant, uza l- festa tradizzjonali Maltija ta' l-Imnarja bhala okkazjoni li fiha rega ghamel hafna diskors ma jfisser xejn bl-iskop uniku li jipprova jbezza lill-bdiewa b' l-Ewropa.

Qabel ma wiehed jaghti kredenza ghal dak li hu qed jghid illum bhala Kap ta' l-Oppozizzjoni, il-Ministru qal li tajjeb li wiehed jiftakar dak li kien stqarr Dr Sant stess meta kien Prim Ministru, ezattament f'intervista fuq The Times tad-29 t'April, 1998. Dakinhar huwa kien qal dawn il-precizi kelmiet:, "With free trade, we would still have the option of buying what we want from where we want to buy it. Although we wouldn't be able to protect our milk industry, our meat industry, our eggs, our vegetables………."

Din hija ammessjoni cara li bil-politika li kien qieghed ifassal, huwa kien ser igib lis-settur agrikolu gharwien minn kull protezzjoni ghax kif qal hu stess, ma konniex ser inkunu f'pozizzjoni li nipprotegu l-industriji tal-halib, tal-laham, tal-bajd u tal-hxejjex.

Barra minn hekk, kompla l-Ministru Zammit, huwa ghazel li jiggustifika l-argumenti tieghu dwar it-tadam billi kkwota cifri li juru li l-bidwi Ewropew jirnexxilu jipproduci iktar tadam minn kull tomna raba. Dr Sant qal li minn kull 9 tmiem raba, bidwi Ewropew jipproduci 68 tunnellata filwaqt li l-Malti johrog 38 biss. Il-Kap ta' l-Oppozizzjoni ma setghax gab argument ahjar favur il-politika tal-Gvern prezenti dwar l-Agrikultura u l-UE. Il-biedja Maltija trid tgholli l-efficjenza u l-livell taghha ghax hekk hemm bzonn, kemm jekk nidhlu u kemm jekk ma nidhlux fl-Ewropa. Id-differenza hija li bi shubija, ingawdu minn ghajnuna li toffri l-UE ghal dan il-ghan, filwaqt li jekk nibqghu barra kif jixtieq Dr Sant, irridu naqdfu wahedna, minghajr l-ghajnuna ta' hadd.

Diskors bhal dak ta' Dr Sant huwa konferma ta' kemm hu qatt ma kellu fiducja fil-produtturi Maltin li huma kapaci, mill-inqas, daqs il-kollegi taghhom fl-Ewropa. Filwaqt li settur wara settur qed jingrana sabiex ikun fl-ahjar pozizzjoni possibbli biex jiggwadanja mis-shubija, Dr Sant qed jipprova johloq ezempji fittizzji sabiex itaffi l-izolament politiku li huwa qed jiffaccja fil-kwestjoni ta' shubija fl-Unjoni Ewropea, temm jghid il-Ministru Zammit.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow