Left arrow Mur Lura

Il-Ministeru ta' l-Intern iwiegeb stqarrija tad-Deputat Laburista Gavin Gulia dwar allegazzjoni ta' diskriminazzjoni fil-Habs ta' Kordin

PR1004
Date Icon 30/06/1999

Il-Kelliem Ewlieni tal-Oppozizzjoni dwar l-Intern allega li qed issir diskriminazzjoni bejn impjegati Pulizija u impjegati gwardjani fil-Facilita` Korrettiva ta' Kordin.

Xejn ma hu aktar 'il boghod mill-verita`.

Din l-akkuza tidher aktar stramba meta wiehed iqis li ftit gimghat ilu l-Gvern ghadda ligi li biha, ghall-ewwel darba, l-impjegati gwardjani se jibdew igawdu minn pensjoni shiha wara 25 sena servizz - bhal shabhom l-impjegati Pulizija.

Mhux veru li nghatat xi ordni li t-tfittxijiet fuq l-istaff isiru fuq l-impjegati gwardjani u m'hux fuq l-impjegati Pulizija - is-searches isiru fuq kulhadd minghajr distinzjoni.

Mhux veru li ssir diskriminazzjoni fil-hlas tax-xoghol ta' nhar ta' Hadd. Il-hlas ivarja skond l-iskala u l-grad ta' kull impjegat. Fil-parametri ta' kull grad, ma hemm l-ebda differenza bejn gwardjani u Pulizija li jahdmu l-habs.

Mhux veru li l-impjegati Pulizija qed jidhlu l-Hadd aktar mill-impjegati gwardjani. Fil-fatt sa Gunju impjegati gwardjani hadmu 1556 siegha il-Hadd, u l-impjegati Pulizija hadmu 371 siegha.

Mhux veru li qed ikun hemm aktar persuni li johorgu bis-sick leave; dan baqa' bejn wiehed u iehor l-istess.

Il-Kelliem tal-Oppozizzjoni qal li d-detail li kien qed isir mill-gwardjani, issa qed issir minn impjegat Pulizija. Apparti li wiehed ma jistax jifhem x'hemm hazin f'dan, ta' min isemmi li r-raguni ghal din il-bidla kienet illi l-impjegat gwardjan li kien jaghmel id-detail, li ghandu l-grad ta' Correctional Supervisor, inghatatlu responsabbilita` gdida - dik li jmexxi l-amministrazzjoni fit-taqsima gdida taz-zghazagh, maghrufa bhala YOURS.

Ghalhekk ikun aktar ghaqli li qabel wiehed johrog stqarrija ufficjali jivverifika l-informazzjoni li jkun ircieva biex b'hekk ma jaqax fin-nassa ta' min ghandu skopijiet ulterjuri.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow