Left arrow Mur Lura

Sessjoni ta' Informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea - It-Tlieta 29 ta' Gunju 1999

PR1003
Date Icon 30/06/1999

Bhala parti mis-serje ta' sessjonijiet ta' informazzjoni li qeghdin isiru matul il-Fiera Internazzjonali ta' Malta, nhar it-Tlieta, 29 ta' Gunju saret diskussjoni dwar kif wiehed jista' jakkwista l-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea. Fost il-kelliema f'din id-diskussjoni kien hemm Dr Simon Busuttil, kap tac-Centru ta' Informazzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea (MIC) li spjega fid-dettall il-funzjoni ta' dan ic-Centru u x-xoghol li ser iwettaq fix-xhur li gejjin. Bhalissa dan ic-Centru qieghed fl-istadju li jiftah l-ufficini tieghu li ser ikunu fl-Universita' l-Qadima, il-Belt Valletta. Qed isir ukoll il-process ta' ghazla ta' persuni illi ser jahdmu f'dan ic-Centru. Dr Busuttil habbar illi ghas-sitt persuni li ghandhom jintghazlu sabiex jahdmu mac-Centru, kien hemm kwazi mitejn applikazzjoni.

Tkellmet ukoll Graziella Pullicino, direttur tal-European Information and Correspondence Centre(EICC) li jinsab fil-bini tal-Metco, f'San Gwann. Hija qalet illi l-EICC jaqdi l-htigijiet ta' taghrif ghas-settur kummercjali u kif dan is-settur jista' jisfrutta l-opportunitajiet kummercjali ma' pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea.

Tkellmu wkoll Stefano Mallia, rapprezentant tal-Moviment Ewropew u Dr Mariosa Vella Cardona li t-tnejn taw taghrif iehor dwar kif tista' tinkiseb l-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea, fost affarijiet ohra, permezz ta' l-Internet. Id-diskussjoni tmexxiet minn David Friggieri.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow