Left arrow Go Back

Tizdied il-kuxjenza favur bahar iktar nadif

PR0988
Date Icon 25/06/1999

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li jidher li l-kuxjenza favur baħar aktar nadif żdiedet sostanzjalment f'dawn l-aħħar snin u b'mod partikolari mindu l-Ministeru għall-Ambjent beda l-kampanja annwali għal dan l-iskop, tant li l-ammont ta' materjal mi'bur minn wiċċ il-baħar madwar il-gżejjer Maltin qed jonqos kull sena.

Hu qal li filwaqt li fl-1995 kienu n'abru 120 tunellata ta' materjal permezz ta' ħidma mill-Pollution Control Co-ordinating Unit tad-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent, dan l-ammont naqas għal 106 tunellata fl-1996, għal 70 tunellata fl-1997 u għal 18-il tunellata s-sena l-oħra. Fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena n'abru anqas minn tliet tunellati mqabbla ma' kważi 14-il tunellata fl-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Il-Ministru Zammit Dimech, li kien qed jinawgura din il-kampanja permezz ta' l-ewwel minn sensiela ta' attivitajiet li jikkonsistu fit-tindif ta' qiegħ il-baħar minn għadd kbir ta' għaddasa, qal li dan juri li l-ħidma tal-Ministeru għall-Ambjent mibdija fil-bidu tas-snin disgħin biex ikollna baħar aktar nadif u ħieles mit-tni''iż, qed tagħti l-frott mixtieq.

It-tindif tal-lum sar fil-Port ta' Marsamxett fl-inħawi tal-pitch tal-waterpolo.

Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li, bħala firmatarju tal-Konvenzjoni ta' Barcelona għall-'?arsien mit-Tni''iż tal-Baħar Mediterranju, Malta għandha d-dover, flimkien mal-kumplament tal-pajjiżi l-oħra Mediterranji, li permezz ta' azzjoni prattika ma tħallix li s-sitwazzjoni ambjentali fil-Mediterran tibqa' teħżien. Hu qal li kien għal din ir-ra'uni li fi ħdan id-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent twaqqfet il-Pollution Control Co-ordinating Unit, li fost il-funzjonijiet li għandha hemm dik li tħares il-baħar mit-tni''iż.

Hu qal li biex jintlaħaq dan l-iskop, din it-Taqsima kienet attrezzata bit-tagħmir meħtie', inklużi in'enji tal-baħar biex tkun tista' tilqa' għal kwalunkwe eventwalit'?.

Il-Ministru Zammit Dimech faħħar is-sehem li qed jagħtu intrapriżi privati f'din il-kampanja u irringrazzja lill-għaddasa li qed jieħdu sehem fit-tindif ta' qiegħ il-baħar, fuq bażi volontarja. Hu qal li hu ta' sodisfazzjoni li diversi għaqdiet ta' għaddasa jieħdu inizjattivi simili matul is-sena. Fl-istess waqt, hu faħħar is-sehem ta' dawk l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li qed jieħdu inizjattivi biex matul ix-xhur tas-sajf jedukaw lill-pubbliku biex iżommu l-indafa fuq ix-xtut.

Fl-aħħarnett, il-Ministru Zammit Dimech sellem lil Arvid Pardo, li miet din il-'imgħa, u li bħala l-ewwel Ambaxxatur ta' Malta fin-Nazzjonijiet Uniti, nieda l-inizjattiva ta' Malta li wasslet għall-ħolqien tal-Konvenzjoni dwar Qiegħ il-Baħar, ibbażata fuq il-prinċipju tal-wirt komuni ta' l-umanit'?. Il-Ministru għall-Ambjent qal li din il-Konvenzjoni kienet fost l-inizjattivi li mis-snin sittin 'l hawn wasslu biex ressqu lin-nazzjonijiet aktar qrib xulxin u anki biex tnaqqset it-tensjoni fuq bażi internazzjonali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow