Left arrow Mur Lura

Il-bejjiegha tal-Monti iridu jzommu l-indafa fil-post fejn jarmaw

PR0987
Date Icon 25/06/1999

"Il-bejjiegha li jarmaw fis-swieq huma responsabbli li jzommu nadif il-post fejn jarmaw. Izda jidher li hemm min qed jabbuza u ghalhekk il-Kunsilli Lokali qeghdin jidhlu fi spejjez zejda biex inaddfu dak li jhallu warajhom il-bejjiegha tas-swieq. Huwa veru li huma l-ftit li qeghdin jaghmlu l-hsara ghal kumplament ta' shabhom. Ghaldqastant min huwa responsabbli u qed ihalli warajh l-indafa jrid jara li jwissi lil dawk li qeghdin ihallu warajhom l-iskart. L-ebda regola u ligi ma tista' tinfurza dixxiplina daqs kemm il-bejjiegha stess jistghu jinforzaw dixxiplina fuq xulxin. L-Assocjazzjoni tal-Bejjiegha tal-Monti ghandha terfa din ir-responsabbilta' u tara li minnhabba il-ftit, ma jintilifx x-xoghol tal-bqija." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo f' laqgha li kellu mas-Sindki ta' Bormla u l-Birgu fejn gie diskuss is-suq tal-Birgu.

Is-Segretarju Parlamentari spjega wkoll kif it-tibdiliet kollha dwar l-organizzazjoni tas-swieq waslu li jigu konkluzi . Izda kull tibdil li jigi propost issa qieghed jigi diskuss fir-relazzjoni mal-kumplament tat-tibdil li jrid isir fil-process ta' l-ghoti tal-licenzji. Ghaldqastant il-laqghat mal–Kunsilli Lokali u l-Assocjazzjoni tal-Bejjiegha tal-Monti qeghdin isiru regolarment u dawk kollha interessati qedin jkunu mgharrfa bl-izviluppi.

"Izjed minn bdil tal-licenzji ghandna naslu li nipperswadu kemm lil Kunsilli Lokali kif ukoll lill-bejjiegha tal-Monti ta' kull lokalita' li hemm responsabbiltajiet li rridu nharsu, ahna min ahna. Filwaqt li Awtorita' ma tistax titlef il-pacenzja u twarrab kull ma jdejjaqha lanqas il-bejjiegh tal-monti ma jista' jibqa' ma jimpurtah min hadd. Ahna ilkoll ghandna bzonn lil xulxin u rridu naraw li nkunu tajbin ghal xulxin." qal is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

Huwa sahaq ukoll fuq il-htiega li kemm il-darba wara li nkunu tkellimna fuq il-htiega ta' responsabbilta' u perswazjoni jidher li kollox ghadu kif kien allura rridu nsibu rimedji ohra dixxiplinarji anke jekk dan ifisser li mal-hazin jehel it-tajjeb. Ghalhekk minn qed jaghmel kull ma jista' biex warajh ihalli nadif ghandu jwissi lil min qed ihalli l-iskart biex jirregola lilu nnifsu u ma jdardarx l-ghajn li jrid jixrob minnha."

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ghadda wkoll dan il-messagg lill- bejjieghha tas-suq li ltaqa' maghhom meta flimkien mas-Sur Carbonaro, is-Sindku ta' Bormla, ghamel zjara fis-suq tal-Birgu t-Tlieta li ghaddew u iddiskuta is-sitwazzjoni ma' whud minn dawk involuti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow