Left arrow Mur Lura

Shubija gdida bejn l-Edukazzjoni u l-Ekonomija

PR0980
Date Icon 24/06/1999

Il-Ministri ta' l-Edukazzjoni minn 32 pajjiz Ewropew, bhalissa qed jiltaqghu f'konferenza ta' jumejn f'Budapest biex jiddiskutu kif, b'uzu ahjar tal-programmi edukattivi ta' l-Unjoni Ewropea, jistghu isahhu s-shubija bejn l-edukazzjoni, ricerka u l-ekonomija. Il-Konferenza, imsejjha mill-Presidenza Tedeska ta' l-UE, hi meqjusa bhala element importanti fil-process ta' thejjija ghat-tkabbir ta' l-UE. Fil-Konferenza qed jiehdu sehem il-Kummissjoni Ewropea, Ministri minn pajjizi membri ta' l-UE, kif ukoll Ministri minn pajjizi applikanti, fosthom Malta.

Id-delegazzjoni Maltija hi mmexxija mill-Ministru Louis Galea u tinkludi lil Dr Godfrey Baldacchino, mill-Universita' ta' Malta, lis-Sur Joe Sammut, Direttur ta' l-Ippjanar fl-Edukazzjoni, u lis-Sur Frank Mifsud, Assistent Personali tal-Ministru.

Il-Ministri ta' l-Edukazzjoni qed jiddiskutu x'inhu mehtieg biex jitfassal progett komuni ghal shubija bejn l-edukazzjoni, ricerka u l-ekonomija. L-istrutturi u l-bzonnijiet tad-dinja tax-xoghol tant qed jinbidlu b'mod mghaggel li qed ikun difficli jinholqu opportunitajiet ta' xoghol ghal kulhadd. Il-Ministri qed jiddiskutu sitt punti partikolari:

1) Strategiji ta' edukazzjoni u tahrig li jghinu z-zghazagh isibu x-xoghol u li jippromwovu l-inizjattiva u l-imprenditorjat (enterpreneurship);

2) Forom prattici ta' djalogu u koperazzjoni bejn l-edukazzjoni, ricerka u l-ekonomija;

3) Edukazzjoni u tahrig b'kontenut prattiku u b'esperjenzi fl-ambjent tax-xoghol;

4) L-isfida ta' kwalifiki godda mitluba f'socjet'? mibnija fuq l-intelligenza u t-teknologija ta' l-informazzjoni u x'jista' jsir biex jinholqu opportunitajiet ta' xoghol, inkluz ghal dawk li ghandhom diffikultajiet biex jitghallmu (learning difficulties) u l-adulti li m'ghandhomx kwalifiki jew kwalifiki aggornati;

5) X'mizuri jistghu jittiehdu biex l-edukazzjoni u tahrig jaghtu kwalifiki u hiliet li jistghu jissarrfu f'xoghol produttiv f'ekonomija globali mibnija fuq il-kompetittivit'?; u

6) Koperazzjoni effettiva bejn l-edukazzjoni u l-business fix-xoghol ta' ricerka u zvilupp li jsir fiz-zewg oqsma.

Il-Ministri ta' l-Edukazzjoni wrew il-preokkupazzjoni taghhom dwar il-prospetti dejjem jehzienu ghal dawk li ma jkollhomx edukazzjoni u tahrig tajjeb. Il-mobilit'? tal-haddiema f'swieq globali u regjonali mistennija li tizdied fis-snin li gejjin, u qed isir dejjem aktar importanti li l-haddiema jkunu jafu lingwi barranin, specjalment l-Ingliz, u l-kultura ta' popli differenti. Jidher car li dak li wiehed jitghallem illum jiskadi f'intervall qasir ta' zmien; l-esperti qed ibassru li 80% tat-teknologiji li nuzaw illum jiskadu fi zmien ghaxar snin, u fit-teknologija ta' l-informazzjoni u l-kommunikazzjoni anke f'inqas minn daqshekk. Il-Ministri ta' l-Edukazzjoni qed jitkellmu wkoll dwar ir-rwol tas-shab socjali (social partners) f'dan ix-xenarju.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow