Imniedi Quality Service Charter ghac-Centru tas-Sahha tal-Furjana
"L-impenn tal-Gvern li jtejjeb is-servizzi tas-sahha u li jaghmilhom denji ghall-poplu Malti huwa rifless fil-pubblikazzjoni tal-Quality Service Charter li qed inniedu llum."
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, meta dalghodu gie mniedi l-Quality Service Charterghac-Centru tas-Sahha tal-Furjana.
Louis Deguara qal li mhux biss id-Dipartiment tas-Sahha qed jaghti vuci lill-klijenti tieghu permezz tat-twaqqif ta' Customer Care Unit professjonali u pro-attiv, izda issa wkoll qed jaghmel pubbliku l-livelli tas-servizzi li kull klijent ghandu jistenna li jircievi. Il-Ministru Deguara kompla jghid li dan il-Quality Service Charter huwa xhieda ta' l-impenn li s-servizz provdut ikun wiehed tajjeb u wkoll jelenka d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-pazjent. Permezz ta' dan ic-Charter, qal il-Ministru tas-Sahha, id-Dipartimet qed jikkommetti ruhu li jilhaq il-miri stabbiliti meta jkun qed jipprovdi s-servizz.
Il-Ministru Deguara qal li wara li tingabar l-esperjenza mill-pubblikazzjoni ta' dan ic-Charter, id-Dipartiment tas-Sahha qed jikkommetti ruhu li jniedi Charters ghac-Centri tas-Sahha kollha.
Barra dan kollu, sostna Louis Deguara, dan ic-Charter innifsu juri l-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kura primarja. Huwa inutili li nkomplu nifthu aktar Centri tas-Sahha jekk is-servizz moghti fihom ma jkunx tal-livell li jistenna minnhom il-klijent. Il-Ministru Deguara qal li jittama li mill-1 ta' Lulju li gej, wara li issa 54 tabib gdid ghaddew mill-ezamijiet taghhom, madwar 20 tabib ser ikunu assenjati dmirijiet fil-kura primarja u ghalhekk diversi ilmenti li kienu qed jaslu dan l-ahhar minhabba dan in-nuqqas ser ikunu rimedjati. Dan xorta ma jfissirx li solvejna l-problemi kollha, tenna l-Ministru Deguara u wiehed irid joqghod saqajh ma' l-art biex ma nkomplux inkabbru s-servizzi bil-konsegwenza li, minhabba nuqqas ta' professjonisti, jkollna nergghu lura mis-servizzi provduti.
Il-Ministru Deguara filwaqt li awgura li l-miri stabbiliti fic-Charter ikunu milhuqa appella lill-pubbliku biex jikkollabora biex b'hekk is-success mixtieq minn dan ic-Charter jintlahaq u jkunu identifikati n-nuqqasijiet li wiehed ikun jista' jirranga.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN