Malta hija pajjiz ta' opportunitajiet ghan-negozju u l-holqien ta' l-impjiegi - Onor. Edwin Vassallo
"Pajjizna huwa pajjiz ta' opportunitajiet ghan-negozju u l-holqien ta' l-impjiegi. Tonqos izda, li jkun hawn sinergija bejn l-Awtoritajiet u d-Dipartimenti sabiex l-inizjattiva fin-negozju tista' tiehu l-hajja minghajr hafna burokrazija esagerata. Il-burokrazija zejda qieghda ddejjaq lin-negozju u tnaqqas l-efficjenza." Dan qalu l-Onor. Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, fi zjara li ghamel fil-Kunsill Lokali tal-Marsa. Is-Sur Vassallo spjega kif il-politika lokali ghandha tkun koerenti mal-politika centrali. Il-Gvern Centrali irid ikun kapaci jaghti d-direzzjoni lill-Kunsill Lokali, waqt li jfiemhom u jispjega kontinwament din id-direzzjoni. B'hekk imbaghad, il-Kunsill Lokali jista' jservi ta' l-ghodda ghall-komunita` tal-Lokal.
"Bl-ezercizzju li ghaddej biex jigu riveduti l-licenzji tan-negozju, il-Kunsill Lokali proprju ser isir ukoll il-Front Office tal-Komunita` Kummercjali tal-Lokal. B'dan l-ezercizzju l-Komunita` Kummercjali u l-Kunsill Lokali ser ikunu iktar qrib ta' xulxin. Dan ghandu jghin biex in-negozjant tal-lokal ikun infurmat iktar bi zviluppi li jkunu ser isiru fil-Lokal, waqt li jkun jista' jiehu sehem attiv fil-konsultazzjonijiet li jwasslu ghal progetti infrastrutturali fil-Lokal".
"Minn naha l-ohra, il-Kunsill Lokali ser ikun fl-interess tieghu li jkollu u jattira attivita` kummercjali fil-lokal tieghu. Dan ghaliex filwaqt li jkun qed jghin fil-holqien ta' l-impjiegi u biex ikun hawn konsumatur moqdi ahjar fil-lokal tieghu stess, ser jibbenefika direttament mid-dhul mill-licenzji li jithallsu fil-lokalita` u dan id-dhul ivarja skond il-generu ta' negozju li jkollu jew li jirnexxielu jattira", kompla jghid is-Sur Vassallo.
Is-Segretarju Parlamentari temm id-diskors tieghu billi spjega l-hsibijiet tas-Segretarjat dwar il-Politika Kummercjali ghall-Lokal u stieden lis-Sindku sabiex jahtar sotto-kumitat responsabbli ghas-settur kummercjali fi hdan il-Kunsill Lokali tal-Marsa. B'hekk il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici jista' jkun ta' servizz ahjar ghall-Komunita` Kummercjali tal-lokal", temm jghid is-Sur Vassallo.
Is-Segretarju Parlamentari flimkien mas-Sindku, wara zar il-hwienet li jinsabu fil-pjazza tal-Marsa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN