Left arrow Go Back

Il-Korporazzjoni Enemalta dwar il-problema tal-Y2K

PR0967
Date Icon 22/06/1999

Kuntrarjament ghal dak li ntqal fil-gurnal "The Malta Independent on Sunday", l-Enemalta tippjana li tkun ‘Y2K compliant' sa l-ahhar ta' Awissu.

Ic-Chairman ta' l-Enemalta gie kkwotat hazin fl-artiklu msemmi. Huwa jichad li qal li "ma jistax jiggarantixxi li l-Korporazzjoni tkun ‘Y2K compliant' fi zmien sitt xhur". Ghal kuntrarju, huwa qal lill-dan il-gurnal li hu fiducjuz li l-Korporazzjoni Enemalta tkun tista' tissupera l-Ewwel tas-Sena minghajr problemi serji.

Il-Korporazzjoni kisbet assigurazzjonijiet dwar il-problema tal-Y2K minghand il-fornituri kollha taghha hlief ghal xi whud – li pproponew li jsiru ‘upgrades'. Dawn l-‘upgrades' qed jigu nstallati bhalissa u hemm xi ftit minnhom li ser jigu nstallati fix-xhur li gejjin.

L-assigurazzjoni dwar il-‘Y2K compliance' li tista' taghti l-Enemalta hija bbazata fuq l-assigurazzjoni li tircievi minghand il-fornituri taghha li huma kumpaniji kbar internazzjonali.

Bhalissa l-Enemalta qed twettaq xoghol fuq is-‘software' li ghandu x'jaqsam mas-sistema tal-kontroll tal-Power Station ta' Delimara u qed tibdel ‘hardware' li tahseb li hu ‘non-compliant' fil-Power Station tal-Marsa. B'hekk is-sistema ta' l-elettriku ghandha tkun hielsa mill-problema tal-Y2K fil-hin.

Ta' min jghid izda, li s-sistema ta' l-elettriku ta' pajjizna hija zghira u izolata u ghalhekk, hija aktar suxxettibbli ghall-hsarat minn sistemi akbar li huma mqabbdin flimkien kif hemm fl-Ewropa (integraded networks). Biex izzomm sistema bhal taghna mixghula minghajr interruzzjoniijiet hija sfida kbira ghall-haddiema tal-Korporazzjoni. Fil-fatt, ghall-sistema izolata bhal taghna r-rizultati miksuba s'issa f'dan ir-rigward huma mill-aqwa. Ghalkemm l-istaff tekniku ta' l-Enemalta ikun dejjem pront biex il-provvista ta' l-elettriku ma tinqatax, u meta jkun hemm xi qtugh tittiehed azzjoni mill-ewwel biex il-provvista tkun tista' tinghata lura fl-aqsar hin possibli, xorta wahda ser jittiehdu passi ghal perjodu kritiku ta' l-ahhar tas-sena. Il-mizuri li ser jittiehdu huma bhal dawk li jittiehdu ghal attivitajiet specjali bhal ma' huma l-Elezzjonijiet Generali.

L-Enemalta tixtieq ticcara li hi rceviet assigurazzjonijiet minghand il-fornituri taghha li l-‘gas turbines' huma ‘Y2K compliant' izda qed titlob assigurazzjoni doppja minghand il-‘General Electric' li huma l-manufatturi originali tat-turbini. Tlieta minn dawn il-‘gas turbines' jintuzaw biss f'emergenza, filwaqt li t-tnejn l-ohra ghadhom qed jigu kkummissjonati.

Dwar il-prekawzjonijiet li ghandhom jittiehdu kontra xi qtugh ta' l-elettriku, dawn ghandhom ikunu l-istess prekawzjonijiet li jittiehdu s-soltu, specjalment f'kaz ta' organizzazzjonijiet li ghalihom il-provvista ta' l-elettriku hija essenzjali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow