Il-Ministru ghal Ghawdex tiehu sehem f'Konferenza tar-Regjuni Periferici u Marittimi ta' l-Ewropa
Il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onor. Giovanna Debono, halliet Malta ghal Gotland, gzira fl-Isvezja, biex tiehu sehem fid-19-il Konferenza Annwali tal-Kummissjoni tal-Gzejjer tar-Regjuni Periferici u Marittimi ta' l-Ewropa.
Il-Konferenza se tiddiskuti, fost ohrajn, it-trasport fil-gzejjer ta' l-Unjoni Ewropea, l-impatt tal-gzejjer fuq it-tfassil tal-policies fil-Komunit'?, il-gzejjer wara Agenda 2000, ir-riforma tal-Fondi Strutturali u kooperazzjoni bejn il-gzejjer.
Il-Ministru ghal Ghawdex qed tipproponi li l-Konferenza tikkonsidra li gzejjer membri taghha jorganizzaw bejniethom Festivals ta' Folklor u Kulturi tal-Gzejjer, li jigu organizzati kull sena ghal gimgha, fir-rebbiegha u s-sajf, f'kull wahda mill-gzejjer partecipanti, bl-iskop li dawn il-Festivalsjigbdu iktar turizmu lejn il-gzejjer.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN