Titwaqqaf l-Assocjazzjoni Maltija tal-Psikoterapisti
"Ir-riformi li qed ikunu implimentati fis-settur tas-sahha mentali huma xhieda ta' l-impenn tal-Gvern f'dan is-settur".
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara meta llum wara nofsinhar ghamel diskors fl-okkazjoni tat-twaqqif ta' l-Assocjazzjoni Maltija tal-Psikoterapisti.
Il-Ministru Deguara qal li l-kura f'dan is-settur zviluppat minn kontroll totali fuq il-pazjent b'kull mezz possibbli ghal wahda fejn tinkiseb l-ahjar kwalita' ta' hajja ghall-pazjent preferibbilment fil-komunita`. Dan ukoll kien jehtieg riforma fis-servizz tas-sahha mentali, b'uhud mis-servizzi jitilfu l-importanza taghhom waqt li ohrajn saru hafna aktar importanti. Kaz partikulari huwa dak tal-psikoterapija li sar jimxi id f'id mal-professjonijiet tradizzjonali li nsibu f'dan is-settur. Servizz li huwa kumplimentari ma' dak li jrid il-gvern, li kemm jista' jkun il-kura tinghata fil-komunita` u tkun evitata kemm jista' jkun kura fl-isptarijiet.
Il-Ministru tas-Sahha filwaqt li qal li hu favur it-twaqqif ta' l-assocjazzjoni tal-psikoterapisti sostna dwar il-bzonn li tinzamm l-etika f'din il-professjoni u li l-assocjazzjoni nfisha filwaqt li ghandha tistabbilixxi standards etici ghandha wkoll tinfurzahom.
Il-Ministru Deguara zid jghid li l-Gvern jirrikonoxxi l-aspetti li jwasslu biex jitwaqqfu assocjazzjonijiet simili, u huwa wkoll impenjat li jipprovdi dak kollu possibbli biex aktar nies jaghmlu uzu mill-professjoni tal-psikoterapija. Dan wasal wara li kien hemm kontroll fuq it-tahrig li sar kif ukoll fuq ix-xoghol imwettaq minn din il-professjoni u l-assigurazzjoni li l-professjonisti qed izommu ma' l-istandards tal-prattika taghhom. Finalment din l-assigurazzjoni twassal ghal-legislazzjoni li twassal ghal rikonoxximent legali ghal din il-professjoni filwaqt li tirregola l-attivita` ta' l-istess professjoni.
Dr Louis Deguara kompla jghid li generalment hafna min-nies li jaghmlu uzu mis-servizzi offruti fil-kura tas-sahha mentali m'humiex konxji bid-differenzi bejn psikologista, psikjatra u psikoterapista u ghalhekk dawn ifittxu servizzi li jistghu ma jkunux effettivii ghalihom. Ghalhekk, kompla jghid il-Ministru Deguara, assocjazzjoni bhal din tghin lil dawk li jaghmlu uzu minn dawn is-servizzi biex jaghmlu ghazla tajba u jkun evitat li jinhlew servizzi li jkunu tajbin ghal klienti ohra.
Il-Ministru tas-Sahha temm id-diskors tieghu billi awgura success lill-assocjazzjoni l-gdida filwaqt li awgura wkoll lill-professjonisiti biex jahdmu f'kollaborazzjoni ma' xulxin.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN