Left arrow Mur Lura

Festa Tradizzjonali ta' l-Imnarja - Programm

PR0960
Date Icon 21/06/1999

Il-Kumitat Festi Nazzjonali flimkien mas-Socjet'? Agraria hejjew dan il-programm ghall-Imnarja:

It-Tnejn, 28 ta' Gunju, 1999 - Gonna tal-Buskett

Mis-7.30 ta' fil-ghodu san-12.30 p.m. u mis-2.00 sat-3.00 ta' wara nofsinhar issir il-kitba ta' l-esebiti kollha, jigifieri wcuh tar-raba', frott, suf u tajjar, gobon u kunserva, xoghol in-nahal, hamiem u fniek.

4.00 p.m. Tibda l-gurija ta' l-esebiti registrati.

4.30 p.m. Tberik tal-wirja mill-E.T. l-Arcisqof ta' Malta, Mons Guzeppi Mercieca. Waqt din ic-cerimonja ssir wirja ta' nsig.

5.00 p.m. Ftuh tal-wirja ghall-pubbliku sa nofs il-lejl.

8.15 p.m. Programm Folkloristiku li fih ser jiehdu sehem il-Banda Konti Ruggieru tar-Rabat, diversi gruppi ta' ghanneja u daqqaqa tradizzjonali, il-grupp folkloristiku Aurora flimkien mal-kantanti Joe James, Michael Fenech (Ir-Ringu), Mary Rose Mallia, Philip Vella, John Laus u l-Greenfields. Jiehdu sehem ukoll l-komici Joe (id-Dulli) u Veronica Farrugia flimkien ma' Hector Bruno. Dan il-programm jispicca ghal habta tas-1.00 a.m.

It-Tlieta, 29 ta' Gunju, 1999 - Gonna tal-Buskett/Triq it-Tigrija/Saqqajja

6.30 a.m. Quddiesa fuq il-ghar tal-Buskett.

7.00 a.m. Gurija tal-bhejjem, hlib u l-klieb. Tinfetah il-Wirja Agrikola sa nofsinhar.

10.00 a.m. Programm Muzikali mill-Banda "L'Isle Adam" tar-Rabat.

12.00 a.m. Prezentazzjoni ta' tazzi u bnadar mill-E.T. il-President ta' Malta, il-Prof. Guido de Marco, flimkien mal-Ministru ta' l-Agrikultura u Sajd, l-Onor. Ninu Zammit.

  1. p.m. Programm ta' tigrijiet taz-zwiemel fit-Triq it-Tigrija, Rabat. Wara it-tigrijiet taz-zwiemel issir ic-Cerimonja ta' Tqassim ta' paljijiet u tazzi.

7.30 p.m. Programm Muzikali mill-Banda "L'Isle Adam" tar-Rabat, is- Saqqajja.


IL-FESTI TRADIZZJONALI TAL-IMNARJA

Meta llum insemmu l-Imnarja, l-ewwel haga li tigina f'mohhna huma l-gonna tal-Buskett. Il-Festi f'dawn il-gonna jibdew lejliet il-festa, meta l-Kumitat Festi Nazzjonali jorganizza Serata Folkloristika ta' ghana, zfin, kant u marci Maltin. Popolari wkoll hija l-wirja tal-hxejjex, frott, gobon, kunserva, xoghol tas-suf u tajjar, xoghol in-nahal, tjur, fniek u bhejjem. Din il-wirja li tigi ta' kull sena organizzata mis-Socjeta Agraria, saret l-ewwel darba fil-festi tal-Imnarja tas-sena 1854 fi zmien il-Gvernatur Sir William Reid. L-attivitajiet ta' fuq il-palk jibqghu sejrin sas-siegha ta' filghodu, izda xi ghannejja dilettanti jibqghu hemm sa kmieni filghodu biex isemmghu xi ghanja li jkunu ppreparaw ghall-okkazzjoni.

Madankollu wiehed ma ghandux jinsa li l-festa ta' l-Imnarja hija festa religjuza, il-festa f'gieh San Pietru u San Pawl. Il-qofol ta' din il-festa religjuza, hija l-purcissjoni ta' filghodu ta' nhar il-festa. Tant hu hekk illi tradizzjonalment in-nies kienu jqattghu il-lejl fil-Buskett biex l-ghada mas-sbieh jimxu lejn il-Katidral biex jiehdu sehem fil-purcissjoni li tibda ghall-habta tat-8.30 ta' filghodu. Fil-Gonna tal-Buskett, minn kmieni filghodu, jibdew jingemghu n-nies biex jaraw il-wirjiet tal-hxejjex u l-annimali. Ovvjament ma jistax jonqos li f'din l-ghodwa ta' festa jerga jkun hemm id-daqq mill-baned Maltin.

Il-festi jkomlu wara nofsinhar bit-tigrijiet tradizzjonali tal-bhejjem li jsiru fi Triq it-Trigrija, r-Rabat. Dawn it-tigrijiet ghadhom sal-lum il-gurnata ferm popolari u jigbdu n-nies minn kull rokna ta' Malta. Il-festi tal-Imnarja jispiccaw b'mod tradizzjonali bi Programm Muzikali fil-pjazza tas-Saqqaja. Ovjament din is-sena mhux ser tkun ghajb ghas-snin l-imghoddija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow