Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU TA' L-INTERN DR. TONIO BORG JILTAQA' MA' UFFICCJALI GHOLJA TAL-PULIZIJA DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PJAN STRATEGIKU GHALL-PULIZIJA

PR0956
Date Icon 19/06/1999

Il-Ministru ta' l-Intern Dr. Tonio Borg iltaqa' ma' l-Ispetturi kollha tal-Korp tal-Pulizija fejn habbar dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Strategiku ta' tliet snin tal-Pulizija bit-tema "L-Impenn Taghna".

Il-Ministru Borg qal li jinsab infurmat li diga` sar hafna mill-groundwork biex il-Pjan Strategiku jibda jitwettaq u issa wasalna f'fazi fejn kull taqsima fil-Pulizija tista' tfassal miri ta' hidma precizi u d-data meta fi hsiebha tilhaqhom.

Huwa qal li minn kemm ilu responsabbli mill-Pulizija, seta' japprezza aktar kemm hu difficli x-xoghol tal-Pulizija. "M'huwiex xoghol bhal kwalunkwe xoghol iehor, izda jirrikjedi sagrificcji, kultant personali, biex is-servizz li taghti lill-pubbliku jkun wiehed tajjeb."

Ix-xoghol tal-Pulizija m'huwiex biss ix-xoghol tal-ghassa u l-kitba tar-rapporti. Dan hu wkoll xoghol li jrid isir; izda l-Pulizija ghandha d-dmir ewlieni li zzomm l-ordni pubbliku u thares is-sigurta` tal-pajjiz, qal il-Ministru Borg. Specjalment issa fis-Sajf, u s-Sajf Malti m'huwiex hanin, kompla Dr Borg, ix-xoghol tal-Pulizija jintensifika ruhhu specjalemnt fl-ibliet u l-irhula fejn isiru l-festi tradizzjonali - atmosfera li tirrikjedi attenzjoni specjali aktar minn zminijiet ohra.

Dr Borg qal li waqt l-implimentazzjoni tal-Pjan Strategiku ghall-Pulizija wiehed irid izomm f'mohhu li dan huwa xabla b'zewgt ixfar. Huwa qal li l-pjan se jservi ta' ghodda importanti fl-ippjanar u d-direzzjoni tal-Korp u fl-istess hin huwa riga li biha se jitkejjel il-livell tal-performance tal-Korp fit-tranzizzjoni bejn iz-zewg millennji. Huwa zied jghid li r-riga ma kienetx imposta fuq il-Korp, izda kienet wahda li tfasslet wara konsultazzjoni mal-membri kollha.

Il-Ministru Borg qal li rridu nzommu car f'mohhna t-tliet ghanijiet ewlenin ta' dan il-Pjan: Korp tal-Pulizija efficjenti irid ilahhaq ma' l-esigenzi tan-nies. Ghalhekk l-ewwel ghan li jidentifika dan il-pjan hu li l-Korp ikun wiehed motivat. It-tieni ghan tal-Pjan Strategiku huwa li nsahhu il-glieda kontra l-kriminalita`. It-tielet huwa li l-Korp itejjeb ir-relazzjoni tieghu mal-komunita'. Dan se jsir billi l-Pulizja jzidu r-ronda taghhom fit-toroq, jizdied it-tahrig biex il-pulizija jkunu aktar etikament professjonali u customer friendly, kif ukoll ikunu aktar accountable lejn il-pubbliku.

"Dan il-Pjan jipprezenta sfida iebsa lill-Pulizija, imma naf li din m'hijiex l-ewwel sfida li kellhom jiffaccjaw. Ninsab ukoll konvint li bl-elementi tajbin li hu mzejjen bihom dan il-Korp, l-isfida se tilqughha u teghlbuha b'success," temm jghid il-Ministru Borg.

Il-Kummissarju tal-Pulizija Gorg Grech f'introduzzjoni qasira ghal-laqgha qal li l-Pjan Strategiku sar wara konsultazzjoni wiesa' ma' dawk kollha involuti u minbarra li tidentifika mission u vision statement ghall-Korp, tidentifika l-linji li fuqhom il-Korp tal-Pulizija ghandu jimxi ghat-tliet snin li gejjin.

L-Assistant Kummissarju Lawrence Cauchi qal li fix-xhur li gejjijn, kull taqsima fi hdan il-Korp tal-Pulizija se tfassal rapport li fih tidentifika l-miri ewlenin li t-taqsima trid tilhaq u tfassal time-frameghal meta se tilhaq il-miri mfassla. Ir-rapporti kollha se jigu pprezentati lill-Ministru ta' l-Intern Dr Tonio Borg.

L-Assistant Kummissarju irringrazzja lill-Management Efficiency Unit li qed tghin fl-implimentazzjoni tal-Pjan Strategiku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow