Jitwaqqaf il-Kunsill tas-Sahha ta' Ghawdex
Illum 18 ta' Gunju, il-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono, waqqfet mill-gdid il-Kunsill tas-Sahha ta' Ghawdex. Dan il-Kunsill ghandu jikkordina ahjar it-tmexxija tas-servizzi tas-sahha f'Ghawdex li jinkludu l-Isptar Generali, ic-Centru tas-Sahha u l-Bereg fl-irhula Ghawdxin. Filwaqt li dan il-Kumitat ser ikollu Chairman li mhuwiex ufficcjal tal-Gvern, ser ikollu wkoll Segretarju Ezekuttiv li ghandu l-irwol li jara li dak li jigi deciz mill-Kunsill ikun implimentat.
Il-Kunsill huwa kompost ukoll minn tliet tobba, tnejn maghzula mill-MAM minn fost it-tobba li jahdmu fl-Isptar Generali u minn fost dawk li jipprattikaw b'mod privat, u iehor maghzul mill-Ministru ghal Ghawdex. Il-Kunsill fih ukoll Deputat Chairman, Assistent Segretarju, rapprezentant tal-Ministru tas-Sahha, rapprezentant maghzul minn fost il-Kunsilliera Lokali Ghawdxin u rapprezentanti mill-GWU, UHM u l-MUMN. F'dan il-Kunsill tas-Sahha l-gdid ic-Chairman ser ikun il-Professur Maurice Cauchi, patologu maghruf ghall-kontribut kbir li ta fil-qasam mediku u tar-ricerka, sew f'Malta kif ukoll fl-Awstralja.
Fil-laqgha inawgurali ta' dan il-Kunsill, il-Ministru Giovanna Debono, filwaqt li awgurat lill-membri kollha, elenkat l-importanza kbira li l-Ministeru ghal Ghawdex qed jaghti lil dan il-Kunsill il-gdid.
Is-Servizz tas-Sahha huwa parti importanti ta' l-infrastruttura socjali f'kull komunita'. F'Ghawdex ghandna x-xorti li ghandna sptar li kollox ma' kollox jaghmel gieh lill-Gzira, filwaqt li ghandna wkoll servizz li jinghata mill-poliklinika u minn diversi bereg fl-irhula Ghawdxin. Madankollu xorta hemm lok ta' titjib f'dawn is-servizzi.
Fost il-funzjonijiet ewlenin tal-Kunsill tas-Sahha hemm dik li jtejjeb il-kwalit'� tas-servizzi tas-Sahha f'Ghawdex. Biex jilhaq dan il-ghan ewlieni, il-Kunsill irid kontinwament jifli s-sitwazzjoni fil-qasam tas-Sahha f'Ghawdex biex, fost l-ohrajn, ikun jista' jaghti pariri u jissuggerixxi lill-Gvern dwar decizjonijiet u azzjonijiet li ghandhomjittiehdu. Il-Kunsill ghandu wkoll jissottometti Manpower Plan,kif ukoll Business Plan ghal perjodu ta' tliet snin u jaghti pariri dwar kif ghandu jigi amministrat il-budget, sew ta' l-isptar kif ukoll tal-Kura Primarja.
Il-Kunsill ghandu fuq kollox jassigura li s-servizzi moghtija jissodisfaw lil kull min jinghataw.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN