Left arrow Mur Lura

Il-Ministru tas-Sahha jindirizza l-Konferenza tal-W.H.O. dwar it-trasport, l-ambjent u s-sahha

PR0953
Date Icon 18/06/1999

Il-Ministru tas-Sahha Louis Deguara, f'isem il-Gvern Malti, stieden lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Sahha sabiex twaqqaf centru regjonali f'Malta li jhares it-Turizmu, l-Ambjent u s-Sahha.

Louis Deguara ghamel din l-istedina meta dalghodu indirizza l-konferenza dwar it-Trasport, l-Ambjent u s-Sahha li ltaqghet f'Londra.

Id-diskussjonijiet dwar it-twaqqif ta' dan ic-centru ilhom ghaddejjin, u waqt il-konferenza f'Londra, il-Ministru tas-Sahha kellu diversi laqghat ma` rapprezentanti ta' pajjizi ohra biex jispjega l-ghan ghat-twaqqif ta' dan ic-centru.

L-ghan ta' dan ic-centru hu li t-turizmu jkun wiehed sostenibbli, filwaqt li jkun b'sahhtu u li jkun ta' l-inqas hsara ghall-pubbliku u l-ambjent. Barra minn hekk, ghandu l-ghan ukoll li jhares l-ambjent waqt l-istaguni turistici.

Il-miri ewlenin tac-centru jinkludu li;

  • Jassigura li jkun hemm ilma ghax-xorb tajjeb u f'ammonti adegwati fl-eqqel ta' l-istagun turistiku.
  • Jikkontrolla r-rimi ta' l-iskart, kemm likwidu kif ukoll solidu b'hekk ikunu mharsa l-bajjiet.
  • Isahhah il-kontroll u l-ispezzjonijiet fuq l-ikel.
  • Jara li l-impjegati temporanji fl-industrija tat-turizmu jkunu mharrga sewwa fl-oqsma tas-sahha u l-ambjent
  • Jinforma lit-turisti immedjatament, f'diversi lingwi, b'kontaminazzjoni fl-ikel, fix-xorb kif ukoll b'mard li jista' jinxtered.
  • Jassigura l-infurzar ta' proceduri ta' sigurta, specjalment regolamenti u sigurta dwar in-nar.
  • Jassigura l-infurzar tar-regolamenti tat-traffiku, specjalment f'zoni turistici biex b'hekk jitnaqqsu l-incidenti tat-traffiku.
  • Jikkollabora ma` dipartimenti ohra biex ikun assigurat ippjanar ahjar fl-industrija tat-turizmu u b'hekk jghin fl-izvilupp sostenibbli ta' din l-industrija.
  • Jippromwovi aktar l-industrija tat-turizmu lokali b'mod li jsostni l-ekonomija lokali filwaqt li jithares l-ambjent.
  • Jinkoraggixxi ricerka u progetti li jwasslu biex jigi deciz kull lokalita` kemm tiflah turisti u metodi ta' ttestjar li jassiguraw kontroll tas-sitwazzjoni fl-eqqel ta' l-istagun turistiku.
  • Jipprovdi informazzjoni fuq Sahha Internazzjonali billi fost l-ohrajn jaghti informazzjoni fuq il-prevenzjoni li trid tittiehed qabel wiehed izur pajjiz iehor.

L-istedina ta' Malta ghat-twaqqif ta' dan ic-centru intlaqghet b'approvazzjoni kbira mid-delegati tal-pajjizi partecipanti fil-konferenza li qed tiltaqa' f'Londra.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow