Left arrow Mur Lura

Il-Ministru Louis Deguara jattendi ghat-Tielet Konferenza Ministerjali tal-WHO Europe bit-tema Action in Partnership

PR0945
Date Icon 17/06/1999

Il-Ministru tas-Sahha Louis Deguara dalghodu halla Malta fi triqtu lejn Londra fejn ser jattendi ghat-tielet konferenza Ministerjali dwar it-Trasport, l-Ambjent u s-Sahha tal-WHO Europe bit-tema Action in Partnership.

Aktar tard illum, il-Ministru Deguara ser jiffirma protokoll dwar l-ilma u s-sahha. L-ghan ta' dan il-protokoll hu li jipprovdi qafas ta' hidma li fuqu l-pajjizi membri jistghu jippjanaw politika aktar restrittiva ta' sahha pubblika fuq l-ilma. Il-Bahar Mediterran huwa inkluz ukoll f'dan il-protokoll. Fost l-ohrajn dan il-protokoll jitlob li jkun hemm livelli oghla ta' spezzjonar ta' l-ilma kif ukoll il-mod kif dan ghandu jkun rappurtat.

Il-protokoll, li Malta ppartecipat fit-tfassil tieghu fil-laqghat preparatorji, huwa approvat mill-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea u l-United Nations Economic Commision for Europe (UNECE) u kien imfassal fuq id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-ilma.

Fi tmiem il-konferenza l-Ministri tar-Renju Unit ser jiffirmaw dikjarazzjoni mfassla waqt l-istess konferenza f'isem il-Ministri l-ohra prezenti.

Din il-konferenza ilha tiltaqa' minn nhar it-Tlieta li ghadda u ghaliha attenda wkoll il-Ministru tat-Trasport u Komunikazzjoni Censu Galea.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow