Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma

PR0938
Date Icon 16/06/1999

Il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici jirreferi ghal stqarrija mahruga lill-istampa aktar kmieni llum mid-Deputat Laburista, il-Prof. Louis Buhagiar fil-kariga tieghu ta' Kelliem Ewlieni ta' l-Oppozizzjoni ghas-servizzi infrastrutturali (Utilities).

Kontra dak li implika l-Onor Buhagiar fl-istqarrija tieghu, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-konsumaturi domestici bdew jintbaghtu fl-ahhar gimgha ta' Mejju u numru sostanzjali minnhom mhux biss waslu fid-djar, izda thallsu wkoll mill-konsumaturi koncernati.

Il-process tal-hrug ta' dawn l-ewwel kontijiet bit-tariffi l-godda qed jiehu aktar milli kien mahsub ghax il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma trid tassigura li kemm jista jkun ma jkunx hemm zbalji f'dawn il-kontijiet.

Kif kien thabbar ftit taz-zmien ilu, dawn il-kontijiet jirreferu ghall-ewwel ciklu ta' kontijiet, li qatt ma ntbaghtu kontijiet ghalih. Dawn il-kontijiet suppost kienu ntbaghtu mill-Gvern precedenti qabel l-elezzjoni ta' Settembru 1998, izda dak iz-zmien dan ma sarx minhabba it-tahwid fit-tariffi tad-dawl u l-ilma.

Il-kontijiet ghall-konsumaturi domestici ser jintbaghtu ghal perijodi normali tal-kontijiet u mhux ghaz-zmien kollu li ilhom ma johorgu kontijiet, ghalkemm il-kontijiet se jibdew jintbaghtu aktar spiss min-normal. B'hekk il-konsumaturi se jkollhom aktar nifs biex ihallsu l-ammonti dovuti.

Il-kwestjoni dwar il-hlas tal-‘cash element' ta' l-arretrati lill-haddiema tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma hija kwestjoni dwar l-interpretazzjoni tal-Ftehim Kollettiv tal-haddiema tal-Korporazzjoni u mhux minnu li dawn l-arretrati ma thallsux ghax il-Korporazzjoni m'ghandiex finanzi bhala rizultat tad-dewmien fil-hrug tal-kontijiet.

Din hija t-tieni darba li l-Onor Buhagiar qal haga b'ohra dwar l-effetti tad-dewmien tal-hrug tal-kontijiet. F'kitba f'gurnal lokali xi granet ilu l-Onor Buhagiar kien allega li minhabba l-problemi ta' ‘Cash Flow' kawzati mid-dewmien fil-hrug tal-kontijiet, il-Korporazzjoni waqghet lura fil-programm ta' manutenzjoni u espansjoni tas-servizzi u li dan kien ukoll ikkawza xi qtugh fil-provvista ta' l-ilma. Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma kienet cahdet kategorikament din l-allegazzjoni u l-Onor Buhagiar flok ammetta li kien zbalja, issa ivvinta l-istorja tan-nuqqas ta' flus ghall-hlas ta' l-arretrati li qed jitolbu l-haddiema.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow