Il-Gvern jippubblika White Paper dwar emendi fil-Ligi tal-Kunsilli Lokali
Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, Dr. Austin Gatt, illum wara nofs in-nhar nieda White Paperbil-proposti tal-Gvern għal emendi fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali. F'konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-uffiċċju tieghu f'Kastilja, Dr. Gatt qal li l-impenn tal-Gvern lejn it-tisħiħ tal-Kunsilli Lokali huwa wieħed magħruf.
"Wara li waqqaf il-Kunsilli Lokali fl-1993, l-impenn tal-Gvern favur id-devoluzzjoni ta' aktar responsabbilitajiet lill-Kunsilli Lokali u tkattir tar-rwol li dawn għandhom fit-tħaddim tad-demokrazija, hu l-manifestazzjoni tat-twemmin tal-Gvern li l-progress ekonomiku u soċjali ta' Malta u '�awdex huwa marbut intimament mal-istess progress ekonomiku u soċjali li jrid jinkiseb permezz tal-Kunsilli Lokali."
Il-Ministru Gatt qal ukoll li matul dawn is-snin ta' "esperiment" saru 167 elezzjoni lokali, bl-istess numru ta' Sindki jkunu eletti, eluf ta' persuni - li qabel qatt ma bassru li jistgħu jidħlu fil-ħajja pubblika - ikkontestaw dawn l-elezzjonijiet, madwar Lm54 miljun kienu allokati u amministrati mill-Kunsilli Lokali, re'għet nibtet il-kuxjenza ċivika fil-lokalitajiet tagħna, u hemm xewqa li nkomplu ntejbu aktar minn qatt qabel dak li għandu x'jaqsam ma servizzi, infrastruttura u ambjent.
Dwar il-htie'a ta' din il-White Paper, Dr. Gatt sostna li f'dawn l-aħħar sitt snin, il-Kunsilli kienu qed jaħdmu fi struttura legali li kienet magħmula fl-1993. Dak iż-żmien, il-li'i kienet imsejsa fuq l-esperjenzi ta' pajjiżi oħra - l-ma''oranza tagħhom Ewropej - u l-fatt li Malta kienet pjuttost tard fit-twaqqif tal-Gvern Lokali għen sabiex nitgħallmu mill-esperjenza ta' ħadd ieħor. Il-fatt li llum, sitt snin wara, hemm bżonn biss ta' xi tibdil żgħir huwa xhieda ta' kemm ix-xogħol li sar fl-1993 kien wieħed għaqli u tajjeb.
"M'hija l-ebda sorpriża li wara sitt snin ta' dak li fuq kollox kien esperiment, il-li'i li twaqqaf il-Kunsilli Lokali tinħtie' emendi - emendi li jħallu l-prinċipji bla mittiefsa, iżda jiffukaw fuq numru ta' ħti'ijiet tekniċi li l-esperjenza urietna li hemm bżonn jinbidlu. Wara taħdidiet twal, din il-White Papertiddentifika t-taqsimiet li l-Gvern jaħseb li għandhom ikunu riveduti u tipproponi l-mod ta' kif għandhom ikunu emendati."< /p>
Il-White Paper hija maqsuma fi tmien taqsimiet, u jirrigwardaw fost l-ohrajn "Gvern Lokali - Nfasslu t-Triq", "Il-Kostituzzjoni", "Is-Sindku u l-Viċi Sindku", "Il-Metodu ta' Finanzjament", "Rħula Żgħar u Kunsilli Ġodda", u "Emendi Oħra".
Dwar il-Kostituzzjoni, il-Ministru sostna li wasal iż-żmien li fil-Kostituzzjoni tidħol klawsola 'dida li tirrikonoxxi t-twaqqif tas-sistema ta' Gvern Lokali permezz tal-Kunsilli Lokali u li tagħti dettalji dwar ir-responsabbilitajiet u l-parametri li fihom joperaw il-Kunsilli Lokali.
Dr. Gatt qal li dwar il-ħatra tas-Sindku il-Gvern ma jixtieqx jagħmel xi rivoluzzjoni, iżda jixtieq jibni fuq dak li hemm. White Paper teżamina bir-reqqa l-alternattivi għas-sistema preżenti, i'ifieri l-vot dirett u s-sistema ma''oritarja. Billi dawn is-sistemi bil-fors i'ibu magħhom tibdiliet radikali ħafna għas-sistema preżenti, l-Gvern qed jipproponi li jemenda s-sistema preżenti billi:
- ineħħi l-vot sigriet fl-elezzjoni tas-Sindku;
- idaħħal il-vot ta' sfiduċja ‘kostruttiv' li permezz tiegħu tassigura li ma jitneħħix Sindku jekk ma jkunx propost ieħor minflok;
- jipprovdu min ikun Sindku f'kull każ fejn għal xi ra'uni ma jkunx hemm ma''oranza għall-elezzjoni tiegħu.
B'dan il-mod huwa ttamat li waqt li ma jsirx tibdil kbir fis-sistema preżenti, Kunsill qatt ma jispiċċa bla Sindku
Dwar il-Viċi Sindku, il-Gvern qed jipproponi aspett 'did li se j'ib aktar armonija fl-operat tal-Kunsilli. Fil-fatt, qed jipproponi li l-Viċi Sindku jinħatar f'kull Kunsill u mhux f'Kunsilli ta' daqs medju u kbar biss, u li dan irid jinħatar mill-grupp politiku differenti minn tas-Sindku.
Dwar il-metodu ta' finanzjament, il-Gvern qed jipproponi formula kompletament 'dida li se tkun aktar 'usta u li permezz tagħha se jkunu identifikati b'mod aktar reali, l-ħti'ijiet tal-Kunsilli.
Dr. Gatt qal ukoll li l-Gvern qed jipproponi li jinħoloq Kunsill Lokali 'did ghall-lokalita tal-Imtarfa. Dan għaliex minn sitt snin ilu ‘l hawn, kienet l-unika lokalita li kellha żieda sostanzjali ta' residenti, u li fl-istess ħin għandha konfini definiti u ċari. Barra minn dan, il-Gvern qed jipproponi wkoll li fejn jeżistu żoni determinati f'lokalitajiet (hamlets), dawn għandhom ikunu stabbiliti fi Skeda annessa mal-Li'i u li b'hekk torbot aktar b'responsabbilitajiet lill-Kunsilli Lokali rispettivi.
Il-Ministru temm jgħid li bħal f'kull każ ta' White Paper, il-Gvern lest jilqa' kull su''eriment u proposta.
"Dan id-dokument huwa maħsub sabiex joħloq diskussjoni u mhux sabiex iħabbar id-deċiżjonijet tal-Gvern. Fil-fatt, il-Gvern mhux biss qed jistieden sabiex issir diskussjoni miftuħa u wiesgħa, iżda wkoll jawgura li jittieħdu inizzjattivi sabiex din id-diskussjoni sseħħ. Il-Gvern jixtieq li r-riżultat aħħari jkun li l-emendi ppreżentati quddiem il-Kamra tar-Rappreżentanti jkollhom mhux biss l-appo'' taż-żew' partiti ewlenin, iżda wkoll ta' dawk kollha nteressati fil-'id u t-tisħiħ tal-Kunsilli Lokali."
Huwa rringrazzja lill-Assoċazzjoni tal-Kunsilli Lokali, l-Assoċazzjoni tas-Segretarji tal-Kunsilli Lokali, id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u t-Taqsima tal-Field Services fi ħdanu, kif ukoll lil dawk is-Sindki, Viċi Sindki u Kunsilliera li mingħajr il-kollaborazzjoni u l-ideat tagħhom, din il-White Paper żgur ma kienetx isseħħ.
Kopja tal-White Paper se tintbagħat bil-posta lis-Sindki, Viċi Sindki, Kunsilliera u Segretarji, u dawk kollha li jkollhom su''erimenti jew proposti għandhom jiktbu lill-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, Kastilja sa mhux aktar tard mit-23 ta' Lulju.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN