Left arrow Mur Lura

Zjara f'Malta mis-Senatrici Taljana Patrizia Toia, Sottosegretarju Taljan ghall-Affarijiet Barranin

PR0927
Date Icon 14/06/1999

Is-Sottosegretarju fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Taljan, Senatore Patrizia Toia, se tasal Malta għada biex tassisti għal ċerimonja qasira fil-Palazz, il-belt Valletta, li fiha se jingħata 'ieħ lil Professor Guido Clemente, Assessur għall-Kultura fil-Comune ta' Firenze, u lil Dott.ssa Cecilia Frosinini, Direttur ta' l-Opificio delle Pietre Dure ta' Firenze.

Il-'ieħ se jingħata mill-President ta' Malta f'isem il-poplu Malti għas-sehem utli li ż-żew' personalitajiet taw fil-ħidma li wasslet biex Malta tilqa' fi ħdanha l-kapolavur tal-Caravaggio "Qtugħ ir-Ras tal-Battista" restawrat.

Fiċ-ċerimonja, li tibda fis-1.30 ta' wara nofsinhar, se jitfakkar ukoll is-sehem li kellhom fl-operazzjoni tar-restawr Dott. Giorgio Bonsanti, Sovrintendent per le Belle Arti, Dott. Marco Ciatti, Direttur ta' l-Opificio, u Sig.a Paola Bracco, ir-restawratriċi ewlenija tal-pittura tal-Caravaggio. It-tliet personalitajiet se jkunu onorati f'okkażjoni oħra aktar ‘il quddiem.

Għada wkoll, mis-7.30 ta' filgħaxija ‘l quddiem, Senatore Toia se tassisti għal serata ta' ċelebrazzjoni li fil-bidu tagħha se titkellem dwar is-su''ett tar-restawr u t-tisħiħ fir-rapport bejn l-Italja u Malta li r-restawr tal-Caravaggio 'ab miegħu. Fl-okkażjoni se jitkellmu wkoll il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Dr Louis Galea, is-Sindku ta' Firenze, Prof Mario Primicerio, Mons Ġużeppi Mercieca, Arċisqof ta' Malta, u l-Prim Ministru, Dr Eddie Fenech Adami.

Wara l-interventi tal-ħames kelliema, se jsir kunċert ta' xogħlijiet tas-Surmast Joseph Vella li jinkludu l-"Missa in D", u xogħlijiet korali oħrajn. Se jieħu sehem il-kor Laudate Pueri, kif ukoll is-sopran Veronica Vascotto, it-tenur Joseph Mercieca u l-baritonu Carlos de Miranda. Fi tmiem il-kunċert isir indirizz qasir mill-President ta' Malta. Senatore Toia u l-membri tad-delegazzjoni tagħha se jżuru l-pittura tal-Caravaggio fl-Oratorju ta' San Ġwann fis-6.30, siegħa qabel tibda s-serata ta' ċelebrazzjoni.

Minbarra s-Sindku Primicerio u l-Assessur Clemente, se jakkumpanjaw lil Senatore Toia f'Malta l-Ammiral Quinto Gramellini ta' l-Istat Ma''ur tal-Marina Taljana, il-Kaptan Giuseppe Cannat'�, u l-Kunsilliera Vincenza Lomonaco. Il-Marina Taljana kkonċediet l-użu tal-corvettes tagħha biex il-pittura tal-Caravaggio setgħet tkun trasportata minn Malta għal Livorno u lura.

Iċ-ċelebrazzjonijiet li jfakkru r-ritorn tal-Caravaggio f'pajjiżna huma organizzati mill-Kumitat Eżekuttiv għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow