Left arrow Mur Lura

Secure Unit fl-isptar Monte Carmeli

PR0925
Date Icon 14/06/1999

"Il-ftuh tas-Secure Unit huwa pass iehor fid-direzzjoni t-tajba li segwa l-gheluq ta' Sala 10 ta' l-irgiel biex bil-fatti nirriformaw il-kura tas-sahha mentali".Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Degura, meta llum wara nofsinhar inawgura Secure Unit fl-Isptar Monte Carmeli.

Louis Deguara qal li fl-ahhar ghaxar xhur l-amministrazzjoni prezentri bil-fatti uriet li hija impenjata li tirriforma l-kura tas-sahha mentali u mill-gdid rega' appella lill-oppozizzjoni biex tinnomina membru fil-Kummissjoni tas-Sahha Mentali biex tkun assigurata kontinwita' f'din ir-riforma jkun min ikun fil-gvern.

Il-Ministru tas-Sahha qal li kien ilu maghruf li l-kundizzjonijiet li fihom kienu qed ikunu msakkra l-pazjenti biex jinghataw kura kienu ta' livell baxx u ghalhekk inhass il-bzonn li jinbena Secure Unitiehor li jkun biswit l-admission ward ta' l-irgiel. Hu tenna li l-ambjent ta' dawn il-facilitajiet godda jghin kemm lill-pazjenti kif ukoll lill-impjegati fil-kura li tinghata.

Il-Ministru Deguara qal li x-xoghol fuq dan il-unit beda 3 xhur ilu u matul l-ahhar gimghat il-facilitajiet godda bdew jintuzaw sabiex ikunu stabbiliti protokolli godda u fl-istess hin inghelbu l-problemi li kien hemm.

Is-Secure Unit il-gdid jiffacilita l-kura ta' pazjenti li jkunu jehtiegu li jkunu msakkra minhabba li huwa eqreb lejn is-sala ta' l-admission u wkoll jassigura li kull pazjent ma jdumx imsakkar aktar milli jkun jehtieg. Huwa ghalhekk, tenna l-Ministru tas-Sahha, li fil-facilitajiet il-godda hemm biss erba' kmamar fejn jissakkru il-pazjenti. Illum irridu li kemm jista' jkun nevitaw li pazjenti jigu msakkra ghal zmien twil u bla bzonn; u ghalhekk ma hemmx bzonn li jkun hemm numru kbir ta' kmamar ghal dan il-ghan. Li jinhtieg hu li ninqatghu mill-metodi antikwati kif tinghata il-kura. Metodi li f'pajjizi zviluppati ilhom li nqatghu. Hemm bzonn urgenti li jigu applikati metodi ta' kontroll moderni, li m'humiex fizici.

Is-Secure Unit inbena fuq standards gholjin hafna, u dan jghin biex ikunu indirizzati l-bzonnijiet tal-pazjenti kif ukoll tinzamm id-dinjita` taghhom.

Il-Ministru Deguara kellu kliem ta' tifhir ghal kull minn kien involut fil-bini ta' dawn il-facilitajiet u sostna li hu konvint li l-professjonisti li jahdmu fl-Isptar Monte Carmeli huma dedikati bizzejjed biex jaghmlu qabza fil-kwalita` ta' kura u jassiguraw success kemm f'dan il-progett kif ukoll fit-tkomplija tar-riforma tal-kura tas-sahha mentali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow