Jibdew diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-Koperattiva Indafa Pubblika
Dal-għodu saret laqgħa fil -Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, f'Kastilja, li ghaliha attendew il-Ministru Dr. Austin Gatt, il-Ministru tal-Ambjent Dr. Francis Zammit Dimech, membri ta' l-Eżekuttiv ta' l-Assoċazzjoni tal-Kunsilli Lokali mmexxija mill-President Dr. Ian Micallef u l-President uChairman tal-Koperattiva Indafa Pubblika flimkien mal-konsulenti legali tagħhom.
F'din l-laqgħa intlahaq ftehim li jibdew taħdidiet bejn il-Bord tal-Koperattivi u l-Gvern biex ji'i stabbilit x'għajnuna tista' tingħata mill-Gvern lill-Koperattiva Indafa Pubblika.
Fl-istess ħin, il-konsulenti legali tal-KIP għandhom jippreparaw memorandum b'tibdiliet li huma jixtiequ jaraw fir-regoli tat-‘tendering.' Taħdidiet dwar dan is-su''ett għandhom jibdew immedjatament wara li jitlesta dan il-memorandum.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN