Il-Vici Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi jindirizza l-Konferenza Generali ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xoghol (ILO)
F'Geneva, fl-Isvizzera, qed tiltaqa' bhalissa s-87 sezzjoni tal-Konferenza Internazzjonali tax-Xoghol. F'din il-Konferenza Internazzjonali, r-rapprezentanti tal-haddiema, rapprezentanti ta' min jimpjega u rapprezentanti tal-gvernijiet mid-dinja kollha, jiltaqghu flimkien biex jiddiskutu s-sitwazzjoni tax-xoghol fid-dinja u kif din tista' titjieb. Din is-sena, il-Konferenza qeghda taghti importanza specjali lejn is-sitwazzjoni ta' tfal li huma sfurzati jahdmu, il-protezzjoni ta' haddiema fiz-zmien it-twelid ta' tarbija, kif ukoll mezzi kif l-Organizzazjoni Dinjija tax-Xoghol tista' taghti ghajnuna teknika biex titjieb il-qaghda tal-haddiem madwar id-Dinja.
Il-delegazzjoni Maltija f'din il-Konferenza qeghda titmexxa mis-sur Frank Pullicino, Agent Direttur tax-Xoghol, flimkien mas-sur Mario Cutajar, Deputat Segretarju tal-GWU, is-sur Alfred Mallia Milanes, Direttur Generali tal-Assoccjazzjoni Maltija ta' Min Jimpjega, is-sur Anthony Azzopardi mid-Dipartiment tax-Xoghol, is-sur John Scicluna mill-Federazzjoni ta' l-Industriji, u s-sur Alfred Buhagiar (president) u s-sur Gejtu Vella (ufficcjal) tal-Konfederazzjoni Maltija tat-Trade Unions.
Il-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Politika Socjali Lawrence Gonzi indirizza din il-Konferenza fejn ta harsa lejn il-hidma tal-Gvern Malti fid-dawl tal-programm tal-Organizzazjoni Dinjija tax-Xoghol. Dr. Gonzi ghamel emfasi fuq il-valur tal-bniedem u kif kull politika socjali dwar ix-xoghol ghandha tinbena madwar it-tishih ta' kull persuna. (Diskors shih qed jitqassam ma' din l-istqarrija ghall-Istampa.) Aktar tard din il-gimgha, il-Konferenza ser tkun indirizza wkoll mill-President ta' l-Amerka Bill Clinton.
F'Geneva, Dr. Gonzi kellu laqgha kordjali mad-Direttur Generali l-gdid ta' l-Organizzazjoni Dinjija tax-Xoghol, Dr. Juan Somavia. Matul il-laqgha, Dr. Gonzi, filwaqt li awgura lil Dr. Somavia ghall-kariga gdida tieghu, spjega l-impenn tal-Gvern Malti biex fil-mixja tas-socjeta Maltija lejn shubija fl-Unjoni Ewropeja jkunu zgurati l-aqwa interessi ghall-qasam tax-xoghol f'Malta. Minn naha tieghu, Dr. Somavia ferah lill-Gvern Malti ghall-impenn tieghu biex titjieb il-qaghda tal-haddiem Malti, u awgura li tizdied il-koperazzjoni bejn l-Organizzazjoni Dinjija tax-Xoghol u l-Gvern Malti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN