Korsijiet ta' tahrig ghall-Ufficjali Korrettivi Anzjani
Fis-27 ta' Mejju, intemmu żew' korsijiet ta' taħri' għal uffiċjali korrettivi anzjani imtellgha mill-iStaff Development Organisation fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru flimkien mal-Faċilit'� Korrettiva ta' Kordin.
F'dawn il-korsijiet il-parteċipanti ingħataw tagħrif u pariri biex iwettqu dmirijiethom aħjar bħala uffiċjali korrettivi anzjani. Il-korsijiet tmexxew mis-Sinjorina Maryanne Agius li tkellmet dwar group dynamics, stili differenti ta' tmexxija, kif wieħed għandu jadatta l-istil skond is-sitwazzjoni, u kif wieħed għandu jikkomunika fil-livelli kollha ta' l-organizzazzjoni.
Il-kors kien mifrux fuq seba' sessjonijiet ta' tliet siegħat il-waħda u ħadu sehem tletin uffiċjal. Tul il-kors kien hemm parteċipazzjoni attiva u dawk li ħadu sehem għamlu kummenti u su''erimenti validi. Fi tmiem il-kors l-uffiċjali ingħataw ċertifikat ta' attendenza.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN