Il-Ministru ta' l-Intern Tonio Borg iniedi l-progett LEMIS
Din is-sena l-Gvern irdoppja l-ammont ta' flus li alloka bhala kumpens lil dawk li l-art tagħhom 'iet esproprijata. L-ammont li 'ie allokat din is-sena għal kumpens gie rduppjat ghal Lm1 miljun.
Dan qalu l-Ministru ta' l-Intern, Dr Tonio Borg, meta dalgħodu nieda pro'ett ta' kompjuterizzazzjoni tal-Lands and Construction Division magħruf bhala l-LEMIS Project.
Dr Borg qal li kienet idea tajba li d-Dipartimenti kollha li b'xi mod għandhom x'jaqsmu ma' l-artijiet, din id-darba jaqgħu kollha taħt l-istess Ministeru. Dan serva sabiex ikun aktar faċli biex isir avvanz kbir fil-programmi ta' kompjuterizzazzjoni fid-Dipartimenti kollha.
Il-ftehim tal-pro'ett Land and Estate Management Departments Information System (LEMIS) 'ie ffirmat dalgħodu mid-Direttur tas-Servizzi Korporattivi fil-Ministeru ta' l-Intern, is-Sur George Zerafa, id-Direttur tal-Lands and Construction Division, il-Perit John Sciberras u s-Sur Victor Vella bhala Chief Executive Officer tal-MITTS - li kienu responsabbli għat-tifsil tal-pro'ett li b'kollox 'ie jiswa mat-tliet kwarti ta' miljun lira.
Il-Ministru Borg qal li l-pro'ett se jservi biex id-Diviżjoni ta' l-Artijiet ittejjeb is-sistema li taħdem biha kif ukoll biex tipprovdi servizz ferm aħjar lill-klijenti tagħha. B' dan il-pro'ett, kompla l-Ministru Borg, il-Ġvern se jkun qiegħed jipprote'i wkoll l-interessi tiegħu. Dan għaliex il-pro'ett ta' kompjuterizzazzjoni se jkun jista jgħin lill-Ġvern biex jistabbilixxi aħjar il-propjeta` li għandu, jagħmel analiżi tagħha u jużaha bl-aħjar mod.
Il-Ministru Borg fisser li l-pro'ett LEMIS ħuwa maqsum f'hames taqsimiet li jinkludi fost l-oħrajn informazzjoni 'eografika għar-re'istrazzjoni tal-propjeta`, sistema ta' kif ji'i amministrat id-dħul minn din il-proprjeta` u sistema ta' dokumentazzjoni elettronika. Il-pro'ett kollu mistenni jitlesta sas-sena 2002.
Huwa semma wkoll li waħda mill-isfidi tal-Lands Division huwa li jżidu l-effiċjenza tal-managementtal-propjeta` u jassiguraw dħul massimu għall-Gvern minn din il-propjeta`, jiżguraw li l-propjeta` ma ti'ix użata abbużivament u jtejbu l-livell tas-servizz li joffru lill-klijenti tagħhom.
Il-Lands Division hija impenjata li ttejjeb ir-riżorsi umani tagħha kif ukoll tuża l-informazzjoni teknolo'ika b'mod intelli'enti biex tilhaq l-istrate'iji li fasslet għaliha stess.
Bhala prova ta' dan, id-Diviżjoni waqqfet Ċentru ta' Taħri' fi ħdanha stess u bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena 'ie or'anizzat kors dwar Effective Management li ngħata mill-Malta University Services. Għal dan il-kors attendew tlettax-il persuna, għaxra minnħom ħuma ħaddiema tad-Diviżjoni.
Il-Ministru temm jgħid li l-pro'ett ta' kompjuterizzazzjoni li mbarkat fuqu l-Lands Division se jsostni l-impenn tal-Gvern li jtejjeb l-amministrazzjoni tal-proprjeta` ta' dan il-pajjiż u jkompli bil-ħidma li jdawwar lis-Servizz Pubbliku f'wieħed modern, effiċjenti u jagħti l-valur ta' flusu.
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern, il-Perit George Pullicino, qal li dan huwa pro'ett importanti li se jgħin biex ikun hemm aktar kordinazzjoni bejn id-Dipartimenti.
Il-Perit Pullicino qal li jeħtie' li l-MITTS ter'a tieħu l-funzjoni tagħha bħala change agent biex tikkoordina dawn it-tip ta' pro'etti tal-Gvern.
Tkellem ukoll id-Direttur tal-Lands il-Perit John Sciberras li beda biex ta' ħarsa ħafifa lejn ir-responsabbilitajiet tad-Diviżjoni. Huwa semma t-titjib kbir li g[amlet id-Diviżjoni fl-aħħar snin u li l-ftehim tal-lum, għalkemm importanti hafna, huwa biss pass wieħed f'sensiela li d-Diviżjoni qed tieħu biex timmodernizza ruħha.
Huwa qal li r-responsabbilitajiet tal-Lands jinkludu 30,000 units ta' propjeta` tal-Gvern, 47,000 ħlas ta' kirjiet, 8,000 ittra li d-Diviżjoni tirċievi kull sena u tibgħat 90,000 korrispondenza fl-istess żmien. Huwa qal ukoll li d-Diviżjoni tilqa' mal-mitejn klijent kull jum.
Dal-għodu il-Ministru ta' l-Intern, Dr Tonio Borg, qassam iċ-ċertifikati lil tlettax-il parteċipant fil-kors dwar effective management li ngħata mill-Malta University Services lill-middle management staff tal-Land and Construction Division.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN