Left arrow Mur Lura

Attivita' ghall-promozzjoni ta' dieta mediterranja

PR0905
Date Icon 10/06/1999

Dawn l-ahhar disa' xhur ikkonfermaw kemm l-amministrazzjoni prezenti fil-qasam tas-sahha mhix timxi minghajr direzzjoni, imma hija iggwidata bid-dokument imniedi fl-1995, il-Health Vision 2000. Dokument li fuqu wkoll kienet qablet l-Oppozizzjoni ta' dak iz-zmien, li fih innifsu juri t-triq ghal hajja aktar b'sahhitha lill-poplu Malti.

Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, f'diskors li ghamel waqt il-prezentazzjoni tad-"Dieta Mediterranja" organizzata mid-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha.

Il-Ministru Deguara qal li ghalkemm pajjizna huwa wiehed Mediterranju, il-poplu ma jhaddanx dieta Mediterranja u dan minhabba li ghal diversi snin pajjizna kien mahkum mill-barranin li ntroducew f'pajjizna tradizzjonijiet differenti minn dawk Mediterranji. L-incidenza tal-mard tal-qalb f'pajjizna jikkumpara ma' dawk tal-pajjizi tat-tramuntana ta' l-Ewropa u mhux ma' pajjizi Mediterranji li jhaddnu din it-tip ta' dieta.

Louis Deguara qal li d-dieta Mediterranja hija xjentifikament pruvata li toffri anqas riskji ta' mard tal-qalb u kancer. L-istatistika turi wkoll li f'dawk il-pajjizi Mediterranji fejn tittiekel din it-tip ta' dieta, ir-rata ta' mard tal-qalb u l-kancer hija hafna anqas minn dawk il-pajjizi tat-tramuntana. Hu tenna li fattur iehor li jikkontribwixxi ghal rata aktar baxxa huwa l-istil ta' hajja li jghixu r-residenti ta' dawn il-pajjizi Mediterranji.

Il-Ministru tas-Sahha qal li l-prodotti ta' l-ikel li ghalihom issir enfazi f'din id-dieta huma kollha indikati fid-dokument Health Vision 2000 bhala prodotti li l-konsum taghhom fid-dieta tal-Maltin irid jizdied.

Din l-attivit'� hija konferma ohra kemm l-amministrazzjoni prezenti hija impenjata biex twassal informazzjoni xjentifika u korretta dwar kif wiehed jiskansa l-mard.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow