Malta accettata bhala Membru Osservatur ta' H.O.P.E.
Malta ghadha kif giet accettata bhala membru osservatur tal-HOPE, The Standing Committee of the Hospitals of The European Union. Dan l-istatus inghata lill-pajjizna wara r-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ghal shubija fl-Unjoni Ewropea. Fil-fatt qabel l-1996 Malta kienet ser tinghata dan l-istatus, izda wara l-iffrizar ta' l-applikazzjoni ghal shubija dan l-istatus ma setghax jinghata.
Il-HOPE hija assocazzjoni Ewropea mhux governattiva, li tinkludi fiha assocazzjonijiet ta' sptarijiet nazzjonali, kif ukoll rapprezentanti tas-setturi tas-sahha tal-15-il pajjiz membru ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll mir-Rumania, Cipru u l-Isvizzera bhala membri osservaturi.
L-ghan tal-HOPE hu li tippromwovi zvilupp fis-sahha tar-residenti ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll livell gholi u efficjenti ta' kura fi hdan l-isptarijiet ta' l-istess unjoni.
Ghanijiet ohra tal-HOPE jinkludu li;
- taghti pariri lill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-isptarijiet u s-sahha
- tizviluppa u timplimenta informazzjoni dwar l-ippjanar u l-hidma ta' l-isptarijiet fis-sistema tas-sahha li jiffunzjonaw fiha
- taghti pariri lill-membri fuq l-organizzazzjoni u t-thaddim tas-servizzi moghtija fl-isptarijiet
- tippromwovi l-iskambju ta' programmi ta' tahrig fi hdan l-Unjoni Ewropea, kif ukoll f'pajjizi ohra madwar id-dinja
- izzomm kuntatt bejn il-professjonisti fi hdan l-Unjoni Ewropea
- tikkopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tas-sahha, fosthom mal-WHO
- timpenja ruhha f'attivitajiet ohra li jistghu jtejbu s-servizz tas-sahha fl-Unjoni Ewropea.
F'kummenti li ta wara din l-ahbar, il-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, qal li permezz tal-partecipazzjoni fil-HOPE is-settur tas-sahha f'Malta ghandu x'jibbenefika minhabba li d-diskussjonijiet li jsiru fi hdan din l-assocazzjoni jistghu jservu ta' gwida f'hafna mir-riformi li bhalissa ghaddejin fis-settur tas-sahha f'pajjizna. Hu tenna li l-HOPE tenfasizza hafna fuq is-sahha pubblika u l-promozzjoni tas-sahha, zewg oqsma li l-amministrazzjoni prezenti hija impenjata li ssahhah ghall-gid tal-poplu Malti.
Barra minhekk, kompla jghid Louis Deguara, il-HOPE tahseb ukoll li f'kull bidliet li tipproponi jkun ikkunsidrat u studjat l-impatt socjali ghax temmen li s-servizzi tas-sahha ghandhom ikunu accessibbli ghal kulhadd.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN