Celebrazzjonijiet tas-Sette Giugno b'muzika medjevali minn Franza
PR0894
08/06/1999
Il-grajjiet tas-Sette Giugno 1919 meta nqatlu tliet Maltin u Ghawdxi ghax esprimew l-ghadab tal-Maltin kontra l-ingustizzji quddiem l-awtoritajiet barranin, giet iccelebrata f'Ghawdex fir-rahal tax-Xaghra. Ic-cerimonja kienet ippreseduta mill-Onor Speaker Anton Tabone u matulha tpoggew kuruni u bukketti tal-fjuri quddiem id-dar ta' Guzeppi Bajada, wiehed mill-vittmi, li kien mix-Xaghra stess.
Wara sar kuncert ta' Muzika Medjevali fis-Sentinella fic-Cittadella mill-Ars Antiqua de Paris. L-attendenza kienet wahda numeruza u l-kuncert intlaqa' tajjeb hafna minn dawk prezenti.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN