It-Tilwima bejn il-KIP u l-Kunsilli Lokali: il-Ministru ghall-Ambjent jikkonferma li dwar principji l-Gvern mhux ser jaghmel kompromessi
Il-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech illum ghamilha cara li fejn hemm involuti l-principji, il-Gvern se jibqa' miexi b'linja ċara u m'hu se jkun hemm l-ebda kompromessi.
Hu kien qed jirreferi għat-tilwima li għaddejja bħalissa bejn il-Kooperattiva għall-Indafa Pubblika u l-Kunsilli Lokali dwar il-'bir ta' l-iskart, waqt konferenza ta' l-aħbarijiet fl-uffiċini tal-Kunsill Lokali ta' l-Iklin. F'din il-konferenza tnieda l-Premju Ambjent u Ndafa li se jingħata mill-Kunsill Lokali ta' l-Iklin bl-iskop li titqajjem kuxjenza fost ir-residenti favur l-ambjent ta' madwarhom.
Filwaqt li semma' l-kollaborazzjoni shiha li reghhet qed tezisti bejn il-Gvern Centrali u l-Kunsilli Lokali, anki fuq materji bħalma huma l-ambjent u l-indafa pubblika, il-Ministru Zammit Dimech qal li hi l-politika dikjarata tal-Gvern preżenti li jħalli lill-Kunsilli Lokali jiffunzjonaw bl-akbar awtonomija u li d-deċiżjonijiet jeħduhom huma fl-interess tal-lokalit'� tagħhom.
Il-Ministru Zammit Dimech enfasizza li għalhekk fil-kwistjoni li għaddejja bħalissa hemm żew' prinċipji fundamentali li dwarhom m'hemm l-ebda kompromess: l-awtonomija tal-Kunsilli Lokali li jiddeċiedu huma l-aħjar sistema għall-immani''jar ta' l-iskart fil-lokalit'� tagħhom; u l-fatt li l-'bir ta' l-iskart jingħata b'sejħiet kompetittivi għal offerti bl-aktar mod trasparenti. Dwar dawn il-prinċipji m'hemm l-ebda kompromess.
Il-Ministru għall-Ambjent irringrazzja lill-Kunsilli Lokali għall-kollaborazzjoni li qed juru biex is-servizz ta' emer'enza li qed jingħata mill-Gvern jitħaddem bl-aktar mod effiċjenti. Irringrazzja wkoll lil dawk il-ħaddiema kollha li qed jagħtu dan is-servizz, kif ukoll lill-Pulizija u lill-membri tal-Forzi Armati.
Hu semma' li għalkemm dan hu servizz ta' emer'enza, xorta waħda qed jin'abar l-istess ammont ta' skart li jin'abar fi żmien normali, tant li filwaqt li f'perjodu normali tin'abar medja ta' 400 tunellata skart kuljum, din il-medja mhux biss intlaħqet kuljum kemm ilu s-servizz ta' emer'enza, anzi nhar is-Sibt li għadda n'abru 650 tunellata.
Fl-aħħarnett, il-Ministru Zammit Dimech semma' li mil-lum stess, minbarra trakkijiet tat-Taqsima tax-Xogħlijiet, tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u tal-Ministeru għal Għawdex, beda jsir użu wkoll minn trakkijiet kbar privati li jesgħu aktar minn ħames tunellati.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN