Left arrow Go Back

Punti mid-diskors tal-Onor. Dr. Michael A. Refalo, Ministru ghat-Turizmu waqt l-inawgurazzjoni tar-Religious Tourism Organisation - Dar l-Emigrant, Valletta

PR0881
Date Icon 04/06/1999

Nifrah nara li proprju bi thejjija ghas-sena tal-Gublew il-Knisja ser tibda tiehu b'aktar serjeta' u torganizza ruhha sewwa biex ukoll ssib postha fl-industrija tat-turizmu, l-akbar industrija ta' pajjizna.

Kif l-Awtorita' Maltija tat-Turizmu li ser titwaqqaf dalwaqt imnissla mill-NTOM u organizzazzjonijiet ohra bhall-HCEB u l-ITS, li lkoll gejjin mill-Malta Government Tourist Board li twaqqaf fil-hamsinijiet, hekk ukoll ir-Religious Tourism Organisation taf l-gheruq taghha mis-St. Paul's Tourist Council taht il-kappa tal-Kummissjoni Emigranti.

Ghalhekk hadd m'ghandu sahansitra jimeravilja ruhhu jekk f'dawn iz-zminijiet ukoll l-Knisja ta' Malta qed taggorna ruhha u tidhol f'dan il-qasam tan-negozju. Messu ilha zmien li dahlet u nahseb li hliet hafna snin tahsibha. Il-Knisja ghandha hafna x'taghti, hafna x'turi u sahansitra biex issostni l-hidma pastorali taghha tehtieg mezzi li mhux dejjem issibhom fil-qasam u l-hidma tal-voluntarjat.

Il-Qdusija Tieghu l-Papa meta pprezenta l-Gublew il-Kbir tas-sena 2000 iddeskriva dan l-avveniment bhala ‘l-ewwel Gublew tal-era telematika'. A bazi ta' din il-frazi li taghmel riferenza ghall-aspett teknologiku tat-turizmu l-Knisja Dinjija qed tiehu hsieb torganizza hidma kbira dan principalment biex tilqa' miljuni ta' pellegrini f'Ruma.

Dan qed isehh wkoll fuq il-gwida ta' l-ittra tal-QT ‘Tertio Millennio Adveniente' u l-Bolla fejn thabbar il-Gublew il-Kbir biex thejji programmi u itinerari bil-ghan li jkabbru u jxerrdu gharfien tal-istorja tal-Knisja u jkattru l-ghozza tal-kultura fil-frieghi taghha kollha.

Kien jehtieg ghalhekk li l-Vatikan iwaqqaf Servizz ta' Akkoljenza Centrali u nifhem li l-ewwel hidma tar-Religious Tourism Organization ser tkun dik li tahdem qrib u f'sinergija ma' dik l-organizzazzjoni centrali.

Is-safar minn Malta hu aspett wiehed tat-turizmu. Aktar importanti u izjed reditizju ghal pajjizna hu l-aspett l-iehor, dak li nsejjhulu "incoming" li jaghti kontribut tant kbir lill-ekonomija nazzjonali.

Apparti mis-sehem sostanzjali ta' traffiku ta' turisti li jzuru l-Gzejjer Maltin sforz tal-pakketti mibjughin internazzjonalment mill-operaturi l-kbar, hemm eluf ohra, mat-300,000, li jigu f'pajjizna ghal ragunijiet aktar minn dawk ta' btala u divertiment.

Dawn huma n-nicec tan-negozju, fosthom dawk kulturali u religjuzi, li jaghtu dimensjoni ohra u aktar shiha lit-turizmu lejn Malta. F'dan l-ambjent il-Knisja, bhala sid u depozitarja ta' xogholijiet tal- arti u rikkezzi li jmorru lura s-sekli, ghandha hafna x'toffri kif ukoll x'tiggwadanja.

Filwaqt li l-Caravaggio hu l-aktar xoghol artistiku rapprezentattiv li ghandu pajjizna, l-Knisja tippossjedi hafna xoghlijiet ohra ta' artisti barranin u Maltin, li hafna minnhom ftit jafu bihom u ghalhekk ftit huma li jfittxuhom. Nghid ukoll li kieku ma kienetx ghall-inizjattiva tal-Istat jew ta' xi kappillan jew rettur individwali hafna minn dawn l-opri ma jsirilhomx ir-ristawr tant mehtieg.

Jekk jghaddi hafna zmien ser nispiccaw nitilfu l-arazzi li hemm f'San Gwann.

Kif jaf kulhadd meta tlesta r-ristawr fuq il-Caravaggio, il-kwadru gie espost fil-Knisja tal-Madonna del Carmine, knisja li taqdi l-htigijiet pastorali tal-Insara izda wkoll Knisja li wara li jintemmu l-funzjonijiet u l-quddies parti minnha ssir Muzew bi hlas.

Bir-rispett kollu nheggeg lill-Knisja ta' Malta tiehu ezempju minn dak li jsir barra minn xtutna ghax b'dan il-mod hi stess tkun f'qaghda li ssarraf il-potenzjal taghha temporali u bid-dhul, flok tistrieh fuq min hu intraprendenti u kapaci jsib sponsorizzazzjoni, hi stess tkun tista' twaqqaf fond ghar-restawr tal-opri sagri.

Il-Katedral ta' Toledo, is-sede tal-Knisja fl-Ispanja, ilu zmien jaghti l-valur li jixirqilhom lit-tezori u sbuhija tieghu. Hemmhekk mhux Lm1 thallas biex iddahhal grupp ta' 30 ruh kif isir meta t-turisti jzuru San Gwann!

Jista' jkun li tkellimt, kif ighidu l-Inglizi, ‘out of turn' izda nemmen li jekk il-Knisja waslet biex twaqqaf organizzazzjoni, li ghalkemm tispecjalizza ser tikkompeti fis-suq, ma tistax taghmel dan billi tiehu nofs mizuri.

Trid tkun professjonali daqs haddiehor jekk mhux aktar. Hu ghalhekk li biex inkunu ta' ghajnuna lir-Religious Tourism Organization propju fil-mument tal-bidu meta din tkun l-aktar bzonnjuza, qed noffrilkom is-servizzi ta' persuna fil-Ministeru sabiex maghha tkunu tistghu tahdmu u ssibu appogg u sehem.

Niehdu pjacir li diga' qed thejju programmi mal-Air Malta u li ser taghmlu marketing fl-Irlanda, il-Germanja u f'pajjizi ohra in konnessjoni mal-programmi tal-Gublew. Daqshekk iehor insostnukom fil-hidma taghkom biex tissiehbu f'itinerari li jsegwu l-Passi ta' San Pawl.

Hi t-tama tieghi li l-istruttura li twaqqfet b'risq u b'rizultat tal-Gublew il-Kbir, ir-Religious Tourism Organization, tkompli titkattar u tissahhah ghall-hafna snin wara l-gheluq ufficjali tal-Gublew u tassew tkun l-effett bnin u dejjem tieghu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow