Left arrow Mur Lura

L-Onor. Edwin Vassallo jiltaqa' man-Negozjanti u self employed tas-Swieqi

PR0879
Date Icon 04/06/1999

"Il-Kunsill Lokali huwa fid-dmir li jzomm konsultazzjoni ma' kull settur tal-komunit'� sabiex jaghraf iwettaq politika li twiegeb ghall-htigijiet tal-komunit'�, filwaqt li toffri direzzjoni lejn hidma li twassal ghall-izvilupp fil-kwalit'� tal-hajja fil-komunit'�". Dan qalu s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo f'laqgha li kellu ma' negozjanti u self employed tas-Swieqi. Din il-laqgha nzammet fuq l-inizjattiva tas-sotto kumitat tal-Kunsill Lokali tas-Swieqi, fis-sala ta' l-istess Kunsill.

"Il-Politika Kummercjali Lokali ghandha timmatura fil-komunit'� meta l-Kunsill Lokali jikkonsulta mill-qrib mas-settur kummercjali u b'hekk ikollu sotto kumitat fi hdanu skond kif jara l-htiega biex jikkordina l-konsultazzjoni u l-implementazzjoni ta' politika kummercjali li tgharaf thares ukoll lejn is-servizz efficjenti li bi dritt il-konsumatur jistenna meta jmur ihallas ghal li jkun xtara" qal is-Segretarju Parlamentari.

"F'dan is-sotto kumitat ghandu jkun ikkunsidrat kull impatt li progett infrastrutturali jista' jkollu fuq is-settur kummercjali biex kull progett infrastrutturali jkun jista' jaqdi l-htigijiet ahjar tal-komunit'� kummercjali tal-lokal. Il-possibilit'� ta' spazji ghall-car park fic-centru kummercjali tal-lokalit'� hija problema komuni li trid tigi ndirizzata f'hafna lokalitajiet", kompla jghid is-Sur Vassallo.

"B'rizultat ta' komunit'� kummercjali b'sahhitha fil-lokalit'�, waqt li l-konsumatur ikun moqdi ahjar, jinholqu aktar impjiegi li minnhom tgawdi l-komunit'� kollha. Settur Kummercjali b'sahhtu jista' jikkontribwixxi ahjar ghall-volontarjat u ghaqdiet diversi fil-lokalit'�. Dawn l-ghanijiet ghandhom jintlahqu permezz ta' sensiela ta' laqghat bejn il-Kunsill Lokali u n-negozjanti tal-lokal fejn jistghu jigu diskussi sitwazzjonijiet li jinholqu minn zmien ghal zmien" tenna s-Sur Vassallo.

"Permezz tar-revizjoni tal-licenzji tan-negozju l-Kunsill Lokali se ikun il-Front Office tan-negozjant tal-lokal u b'hekk jigi msahhah il-kuntatt tant mehtieg bejn in-negozjant u l-Kunsill", temm jghid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow