Htiega ghal Edukazzjoni Ambjentali fost l-istudenti
Hu importanti ħafna li kemm l-iskejjel kif ukoll il-pubbliku in 'enerali jieħdu azzjoni pożittiva biex mhux biss iħarsu iżda wkoll itejbu l-ambjent. Għaldaqstant għandha ssir emfasi fuq l-edukazzjoni ambjentali fl-iskejjel kollha biex b'hekk it-tfal, meta jikbru, jkunu jistgħu japprezzaw aktar l-ambjent.
Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta dalgħodu ħa sehem fl-inawgurazzjoni ta' girna fl-Iskola Primarja ta' Marsaskala u aktar tard matul il-'urnata ħa sehem f'attivitajiet fl-okkażjoni tal-Jum Dinji ta' l-Ambjent li se jkun iċċelebrat għada.
Il-girna fl-iskola ta' Marsaskala nbniet minn ħaddiema tal-Countryside Section tad-Dipartiment għall-'�arsien ta' l-Ambjent. Din it-Taqsima hi impenjata fost l-oħrajn fuq bini u manutenzjoni ta' ħitan tas-sejjiegħ, irran'ar ta' mogħdijiet fil-kampanja u xogħlijiet oħra ntiżi biex isebbħu l-ambjent f'pajjiżna. Dawn il-ħaddiema di''� bnew girna oħra bħala attrazzjoni fl-inħawi ta' l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.
Filwaqt li l-Ministru Zammit Dimech faħħar l-inizjattiva ta' l-Iskola li ħadet l-inizjattiva biex inbniet il-girna, qal li din għandha isservi biex tfakkar lit-tfal ta' l-iskola fil-ħtie'a li jħarsu u jibżgħu għall-wirt u l-ambjent naturali ta' pajjiżna.
Aktar tard dalgħodu, il-Ministru Zammit Dimech żar attivit'� li d-Dipartiment għall-'�arsien ta' l-Ambjent organizza f'Misraħ il-'�elsien, il-belt Valletta, matul il-'urnata biex jitfakkar Jum l-Ambjent. F'din l-attivit'� ħadu sehem ukoll diversi organizzazzjonijiet mhux governattivi, kif ukoll dipartimenti oħra tal-Gvern u ditti privati.
Filgħaxija, il-Ministru Zammit Dimech ippreżenta lill-Kunsilli Lokali ta' '�aż-Żebbu' u tas-Si''iewi trofew u flus bħala rikonoxximent għall-inizjattivi li ħadu fil-kampanja Clean Up the World, li saret f'Novembru tas-sena l-oħra.
Fiż-żew' attivitajiet, il-Ministru Zammit Dimech tkellem dwar ir-responsabbilt'� li għandu kull wieħed minna favur il-ħarsien ta' l-ambjent.
Hu qal li jinnota b'sodisfazzjon l-avvanzi li saru f'pajjiżna f'dawn l-aħħar snin favur il-ħarsien ta' l-ambjent, b'mod partikolari minn meta ddaħħlet fis-seħħ fl-1991 il-Li'i dwar il-'�arsien ta' l-Ambjent, u li permezz tagħha twaqqaf ukoll id-Dipartiment għall-'�arsien ta' l-Ambjent u li ipprovdiet ukoll il-qafas meħtie' biex isiru diversi regolamenti importanti. Hu żied li l-inizjattivi li ttieħdu għamlu impatt, fosthom dak li kabbru l-aspettattivi tal-pubbliku Malti għal ħidma akbar favur il-ħarsien ta' l-ambjent.
&&Il-Ministru Zammit Dimech qal li qed titħejja li'i 'dida flok dik li saret fl-1991 abbażi ta' l-esperjenza miksuba f'dawn l-aħħar tmien snin, b'mod li l-ħarsien ta' l-ambjent ikun aktar effettiv.
Hu irrifera wkoll għar-riattivatazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, u qal li dan il-pass jippreżenta sfida u opportunit'� biex jissaħħaħ il-ħarsien ta' l-ambjent f'pajjiżna.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN