Seminar dwar ir-Riformi fil-Qasam tas-Sahha
Ir-riformi jsiru biex jinghelbu l-isfidi li joffri l-futur u jekk ma nippreparawx ghal dawn l-isfidi nispiccaw daharna mal-hajt.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, waqt il-ftuh ta' seminar ta' gurnata organizzat mill-Policy and Planning Department tad-Dipartiment tas-Sahha. It-tema tas-seminar hija "Reforming the Health Care Sector".
L-ghan tar-riformi fil-qasam tas-sahha, qal il-Ministru Deguara, hu li jsir l-ahjar uzu mir-rizorsi finanzjari li jaslu mit-taxxi li jhallas il-poplu, l-introduzzjoni ta' prattici u regolamenti godda u moderni li jindirizzaw il-bzonnijiet tal-lum u mekkanizmu li jiggarantixxi ekwit'� u solidarjet'�.
Il-Ministru tas-Sahha sostna li ghalhekk ir-riformi jridu jahsbu biex: jilhqu l-aspettattiva tal-klijenti tas-servizz; jintroducu responsabbiltajiet godda fejn kulhadd ikun accountable; jassiguraw li, fl-interess nazzjonali, jinghata l-ahjar servizz bl-inqas nefqa possibbli u b'hekk tkun assigurata s-solidarjet'� u l-efficjenza.
Louis Deguara qal li b'dawn l-ghanijiet f'mohhu, il-Gvern identifika u beda jimpenja ruhu fuq numru ta' riformi li whud minnhom dig'� bdew jitwettqu. Fost l-ohrajn hu semma r-riforma fit-tmexxija ta' l-isptarijiet, riforma f'sistemi godda finanzjari u ta' accounting, sistemi godda ta' kif jithaddmu s-servizzi, fosthom fid-Dipartiment ta' l-Out Patients, riforma fil-kura tas-sahha mentali, riforma fil-mod kif ikunu provduti s-servizzi tas-sahha - dawk imsejha bhala l-hotel services, il-bini ta' sptar gdid u l-introduzzjoni ta' diversi programmi ta' tahrig ghall-professjonisti bil-ghan li titjieb l-efficjenza taghhom.
Il-Gvern, kompla jghid il-Ministru tas-Sahha, huwa konxju li kull riforma iggib biza' minhabba li tinvolvi bidla. Hu sostna li huwa necessarju li wiehed ihares lil hin mill-aspett negattiv ta' kull riforma u jaccetta l-isfidi ghal futur ahjar. Il-bidla ma ssirx mil-lum ghal ghada, tenna Louis Deguara u ghalhekk l-ewwel trid tinholoq kultura li taccetta l-bidliet. Huwa hawn li r-rapprezentanti tal-haddiema ghandhom jassumu r-rwol li joholqu din il-kultura fost il-membri taghhom.
Hadd mhu ser jaccetta riformi li mhumiex vijabbli u li jkunu minghajr ruh socjali, sostna l-Ministru Deguara. Huwa importanti li dawn ir-riformi jkunu miftiehma u accettati minn dawk kollha involuti fis-settur tas-sahha. Kull riforma li ma tassigurax motivazzjoni u professjonalizmu fost dawk kollha li jahdmu fis-settur tas-sahha, jew li tolqot hazin il-livell ta' l-ghixien taghhom, mhix accettabbli ghall-Gvern minbarra li hija wkoll destinata li tfalli.
Ghalhekk wasal iz-zmien opportun li kulhadd jinghaqad biex il-problemi komuni jkunu indirizzati sabiex naslu ghal soluzzjonijiet iggwidati mill-bzonnijiet ta' dan is-settur, qal il-Ministru tas-Sahha. Wasal iz-zmien fejn ir-rwol tal-unions minn wiehed difensiv isir wiehed pro-attiv u ta' partecipazzjoni. Dan ir-rwol, temm ighid Louis Deguara, il-unions ghandhom jassumuh mill-istadju ta' l-ippjanar sa l-implimentazzjoni ta' kull riforma.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN