Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jitkellem dwar zieda fis-Self Employed fl-ewwel sitt xhur ta' dan il-Gvern

PR0865
Date Icon 03/06/1999

Ghall-kuntrarju ta' dak li qal l-Onor. Joe Cilia, l-ewwel sitt xhur ta' dan il-Gvern ma zarmaw l-ebda 300 self-employed. Skond l-istatistika li ghandna, in-numru ta' self-employed zdied b'76. Meta f'Ottubru tal-1998 kellna 15287 self-employed irregistrat, fl-ahhar statistika li ghandna ghal April 1999, din turi li hemm 15363 self-employed irregistrat. Huwa tajjeb li nharsu lejn l-istatistika u nevalwaw is-sitwazzjoni tal-qaghda ekonomika. Izda l-battalja tac-cifri ma twassalna mkien.

Meta se nitkellmu dwar in numru ta' self-employed, irridu naraw minn fejn tlaqna. Jekk inharsu lejn ic-cifra ta‘ self-employed irregistrati f'Dicembru 1996 kellna 15567, filwaqt li sa Ottubru 1998 kellna 15287 self-employed irregistrat. Dan ifisser li f'dak il-perjodu tal-Gvern precedenti kienu naqqsu 280 self-employed. Nemmen li dan id-diskors partiggjan ma jwassal ghall-ebda zieda ta' self-employed u aktar u aktar l-ebda zieda ta' negozju. Li rridu nitkellmu dwaru huwa l-impenn ta' dan il-Gvern li bil-politika tal-perswazzjoni ma' l-istess self-employed u ma' dawk li jaghzlu li jidhlu fin-negozju, irid li jkollna ppjanar bil-ghaqal. Dan ghandu jwassal biex ikollna negozju li kapaci johloq il-gid u minghajr ma jkollna ripetizzjoni ta' negozji li jwassal biss lejn negozji b'diffikult'�.

Ejjew naraw li nahdmu biex inzidu n-numru ta' self-employed. Izda naraw li jkollna negozju li b'ideat innovattivi u b'ippjanar bil-ghaqal ikollna negozju li jkun kapaci jkattar ix-xoghol u mhux sempliciment jiehu mix-xoghol ta' negozji ezistenti. Nemmen li l-ebda awtorit'� ma ghandha d-dritt tirregola lil min irid jidhol f'negozju; izda kull awtorit'� ghandha d-dmir li tipprepara lil min irid jidhol f'negozju biex f'pajjizna jkollna negozju li kapaci jaqla' l-qliegh gust tieghu u johloq oppurtunitajiet ta' xoghol.

Izjed milli nitkellmu dwar kemm naqsu jew kemm zdiedu s-self-employed, inkunu ferm izjed ta' servizz kemm-il darba nkunu kapaci nahdmu biex ikollna negozju li jkun kapaci jirregola l-overtrading u jahdem f'atmosfera sostenibbli li tiggenera x-xoghol.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow