Left arrow Mur Lura

Il-Ministru tal-Finanzi jirrispondi lill-Kap ta' L-Oppozizzjoni dwar l-ishma tal-Mid Med Bank plc lil HSBC

PR0862
Date Icon 03/06/1999

Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni talab ghar-rizenja tal-Ministru tal-Finanzi minħabba ċ-ċaqlieq fil-prezz li kien hemm fl-ishma tal-Mid-Med Bank f'dawn il-jiem li għaddew.

Ftit jiem wara li Dr Alfred Sant ipprivatizza l-Maltacom, fejn parti mill-ishma nbiegħu barra minn Malta lil nies bla wicc, il-prezz taghhom ghola. Mela bl-istess argument, Dr Sant kien messu rrizenja dakinnhar.

Il-prezz li qed jibbaża fuqu Dr Sant hu ftit biss ogħla mil-ħlas totali li l-Gvern ircieva għall-ishma tiegħu. Kien mistenni li hekk kif jinfetaħ in-negozju fis-suq ta' l-ishma, il-valur tagħhom kien ser jogħla. Din xi ħa'a li ti'ri ta' kull jum. Wara kollox tajjeb li wieħed jinnota kif 'ie nfluwenzat dan iċ-ċaqlieq fil-prezz. Dr Sant qed jipprova jikkonvinci lil kulħadd li n-negozju ta' madwar 8000 sehem li sar il-bieraħ huwa xi stima serja tas-36,000,000 sehem tal-Mid-Med Bank.

Dan juri kemm mhux minnu li l-Gvern biegħ bl-irħis. Anzi, il-Gvern biegħ l-ishma tiegħu għal ħlas li hu ogħla mill-istima li kien għamel ftit xhur ilu biss l-ex-Chairman tal-Mid-Med Bank, is-Sur Alfred Mifsud.

Il-kummerċ li sar f'dawn il-jumejn fil-Borża fl-ishma tal-Mid-Med Bank igib fix-xejn dak li qal Dr Sant li kien ilu 'imgħat sħaħ iredden li l-azzjonisti privati tal-Mid-Med Bank kien se jkollhom ibiegħu bilfors bil-prezz ta' Lm2.90.

Il-verit'� hi li bil-ħidma tal-Gvern waqt in-negozjati, l-azzjonisti tal-Mid-Med huma fil-libert'� kollha li jew jibqgħu imsieħba ma' l-HSBC inkella jieħdu l-qligħ billi jbiegħu fis-suq bil-prezz tas-suq.

Kien propju għaliex daħal l-HSBC fil-Mid-Med Bank li l-valur ta' l-ishma laħaq il-prezz li laħaq f'dawn il-jumejn.

Kieku l-Gvern għamel bħalma ried Dr Sant u biegħ l-ishma tiegħu fil-Borża, kien jifqa' s-suq u l-prezzijiet ta' l-ishma tal-Mid-Med kienu jinżlu flok jitilgħu.

Il-Gvern kien għaqli matul in-negozjati li saru u ħares l-interessi ta' dawk kollha involuti f'dan il-pass importanti.

Min-naħa tiegħu, Dr Sant re'a' wera inkompetenza fl-analiżi li qed jagħmel. Dr Sant għandu jgħid liema huma l-kundizzjonijiet 'odda li qed jgħid li l-Gvern aċċetta biex ingħalaq dan il-bejgħ. Dwar il-prezz ta' l-ishma tal-Middle Sea Insurance, dawn kienu riżultat ta' negozjar li sar mal-Bord tal-Mid-Med Bank.

Dr Sant issa tilef kull kredibilit'� bil-kampanja distruttiva u bla sens li tmur kontra l-interess tal-pajjiż biex jipprova jwaqqaf dan il-ftehim.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow