Left arrow Mur Lura

Id-Direzzjoni tal-Gvern dwar il-hinijiet tan-negozju

PR0861
Date Icon 03/06/1999

"Wara li tqajjem id-dibattitu pubbliku dwar x'servizzi essenzjali nehtiegu li jkollna nhar ta' Hadd offruti minn negozji taghna, kull minn xtaq jesprimi l-ideat tieghu dan seta' jaghmlu. B'hekk kellna konsultazzjoni mill-izjed wiesa' dwar x'negozju rridu miftuh fil-Festi Pubblici. Il-Gvern issa ta d-direzzjoni tieghu dwar dan is-suggett". Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, Edwin Vassallo, f'laqgha li kellu ma' negozjanti u self employed tal-Qrendi.

"Id-dibatittu kien dwar decizjoni kontroversjali, ghax tikkoncerna l-kisba ta' bilanc bejn opinjonijiet differenti u htigiet li jittrattaw is-suq, kemm bhala domanda, kif ukoll bhala x'disponibbilt'� ta' servizz ghandu jkun offrut. Id- direzzjoni tal-Gvern tirrifletti l-livell ta' maturit'� li jixtieq li dan il-pajjiz jilhaq. Livell li jista' jkun dibattibbli ghax jista' jkun li hawn min jixtieq mod iehor. Din izda hija kwistjoni ta' kemm irridu li nzidu l-konsum minghajr ma noholqu konsumizmu" kompla jghid is-Sur Vassallo.

"Ghaldaqstant inhasset il-htiega li l-ewwel nett ghandhom jizdiedu l-lokazzjonijiet turistici f'Malta, filwaqt li f'Ghawdex, ma' Marsalforn, Xlendi u Victoria, se jizdied l-iMgarr. Ghall-fini ta' praticit'� l-hwienet jistghu jibqghu miftuha sa 1 p.m. minflok sa nofsinhar, filwaqt li l-perjodu ta' zmien li fih il-hwienet f'zoni turistici jistghu jifthu jizdied sa l-ahhar ta' Ottubru, minflok sa l-ahhar ta' Settembru, waqt li zmien il-bejgh jibda f' Marzu minflok f'April. Ghal negozji ta' kiri ta' vetturi jew ingenji tal-bahar, il-hin ta' negozju nhar ta' Hadd gie estiz sal-10 p.m. bhal ma jistghu jifthu matul il-gimgha. Din id-decizjoni ittiehdet ghaliex m'hux prattiku li dan is-servizz ikun permess sa nofsinhar kif kien mitlub qabel mill-istess Avviz Legali." kompla jghid is-Segretarju Parlamentari.

Ghaldaqstant is-Setturi tan-Negozju li jistghu joffru s-servizzi taghhom f'dawn il-granet fiz-zoni turistici kif issa gew modifikati huma:

  • Bejgh ta' Souvenirs
  • Bejgh ta' kotba, stationery, bolol, apparat fotografiku, u apparat tar-recording ta'video, radiou t-televizjoni.
  • Bejgh ta' tabakk, sulfarini, xorb, helu, hlewwiet, gelat u take-aways
  • Hwienet li jikru karozzi, dghajjes jew vetturi u joffru pleasure cruises jew excursions
  • Restoranti u bars
  • Barbiera u hairdressers
  • Hwienet tad-deheb

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo habbar li ser jorganizza laqghat ta' konsultazzjoni ghal dawk kollha involuti fil-lokalitajiet rispettivi li qed ikunu proposti li jizdiedu maz-Zoni Turistici, fejn negozjanti minn Wied iz-Zurrieq, l-iMsida, il-Gzira u r-Rabat u l-Imgarr, f'Ghawdex, jigu mistiedna li jaghtu l-kummenti taghhom dwar dan it-tibdil.

Is-Sur Vassallo tenna li meta jkun komplut il-process ta' revizjoni fir-regolamenti li jirregolaw in-negozju, il-Gvern ikun f'pozizzjoni ferm ahjar biex jistabbilixxi x'negozji jista' jkun hemm li joffru certu servizz li jkun jista' jkun ikkunsidrat bhala essenzjali bi ftehim bejn il-partijiet kollha koncernati.

"L-importanti hu li nifhmu li l-Gvern jemmen fil-Hadd bhala l-gurnata tal-mistrieh u li ma huwiex tajjeb li jsir bhal kull jum iehor tal-gimgha", temm ighid is-Segretarju Parlamentari.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow