Left arrow Mur Lura

Progett ta' ri-abilitazzjoni ta' swali fir-Residenza San Vincenz de Paule

PR0860
Date Icon 03/06/1999

Waqt konferenza stampa fir-Residenza San Vincenz de Paule, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Politika Soċjali, it-Tabib Antoine Mifsud Bonnici, tkellem dwar il-pro'ett li se jibda minnufih, dak tar-riabilitazzjoni tas-swali 19/20, St Francis Wing.

Dak li qed jitqies bhala l-pro'ett tal-Millennju għar-Residenza San Vincenz de Paule se ji'i jiswa madwar Lm1.5 miljun. It-tenders relattivi ghal dan ix-xogħol di'a' ħar'u. Fil-fatt it-tender tal-kostruzzjoni ser jigħata fi ftit 'ranet oħra u x-xogħol mistenni jibda minnufiħ. Din il-'imgħa di'a' beda xogħol preparatorju biex is-servizzi kollha neċessarji għall-wards l-oħra ma ji'ux effetwati kif jidba x-xogħol fuq il-wards involuti.

Dr. Mifsud Bonnici fakkar li dawn il-wards kienu żgur l-agħar wards li kienu għadhom jeżistu f'din ir-residenza. Il-ħsieb tar-refurbishment ilu jeżisti sa mill-1992 iżda issa għal ħaga u issa ħaga ohra, dan il-progett qatt ma nbeda.

Dr Mifsud Bonnici ddeskriva x-xogħol li ser isir fuq dan il-ward bhala l-Pro'ett tal-Millennju ghal San Vincenz De Paule. Dan għaliex hija l-ewwel darba li blokk sħiħ ser ikun jikkonsisti fi tlett sulari minflokk tnejn u dan minghajr ma ti'i effetwata l-estetika tal-post. Dan il-pro'ett li l-permessi għaliħ di'a' għaddew minn quddiem il-Planning Authority, huwa mistenni li jitlesta fi żmien ta' mhux aktar minn sena, jigifieri fl-ewwel sena tal-Millennju l-'did.

Aktar dettajli teknici nghataw mill-Perit Frank Muscat, fejn qal li kull sular se jkollu 36 sodda. Kull ward se jkollha kmamar b-erba' sodod, kif ukoll dining room, reception area u nurse station kull sular.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow