Il-Ministru tas-Sahha jipprezenta Kodici ta' Prattika dwar il-Prevenzjoni tal-Legionnaires Disease
Matul l-ewwel nofs ta' din is-sena, id-Dipartiment tas-Sahha, permezz ta' diversi kampanji li saru, ta prova li mhux qieghed hemm biss biex jikkura l-mard, imma wkoll biex jeduka lill-poplu u jghinu jiskansa l-mard.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara waqt konferenza ta' l-ahbarijiet fejn kien ipprezentat kodici ta' prattika dwar il-prevenzjoni tal-Legionnaires' Disease fil-lukandi u stabbilimenti ohra.
Il-Ministru Deguara qal li l-investiment finanzjarju li qed jaghmel il-Gvern fil-promozzjoni tas-sahha u prevenzjoni ta' mard permezz ta' kampanji edukattivi u gwidi jwassal biex il-poplu jghix hajja aktar b'sahhitha u l-infieq fil-kura jonqos. Hu tenna li hu fl-interess nazzjonali li l-poplu jghix hajja aktar b'sahhitha.
Louis Deguara qal li l-marda tal-‘Legionella' tista' twassal ghall-mewt jekk din tattakka il-pulmun. Hu stmat li r-rata ta' mwiet f'dawk li jkunu infettati b'dan il-batterju fil-pulmun hi ta' 15%. Il-Ministru tas-Sahha qal li il-batterju tal-' ‘Legionella' jinstab fejn ikun hemm l-ilma, specjalment jekk dan ikun qieghed u l-infezzjoni tittrasmetti ruhha billi jittiehdu man-nifs qtar ta' l-ilma fl-arja li jkunu kontaminati bil-‘Legionella'. Hu kompla jghid li ghalhekk il-kodici ta' prattika huwa indirizzat l-aktar ghall-lukandi u stabbilimenti ohra fejn hemm sistemi kbar ta' ilma kiesah u shun, whirlpools, Turkish baths u saunas, kif ukoll fejn hemm sistemi ta' arja kundizzjonata li tahdem permezz tas-sistema maghrufa bhala wet cooling towers, kif ukoll fejn hemm humidifiers.
Il-Ministru tas-Sahha fahhar l-inizjattiva tad-Dipartiment tas-Sahha Pubblika fi hdan id-Dipartiment tas-Sahha li hejja dan il-kodici ta' prattika. Hu kompla jghid li ghalkemm il-marda tal-Legionella mhiex komuni f'pajjizna, hu bizzejjed li jkollok kaz wiehed f'lukanda biex jaghti isem hazin lil pajjizna fl-industrija tat-turizmu.
Barra minhekk, qal il-Ministru Deguara, tkun ironija jekk xi hadd jimrad b'dan il-batterju waqt li hu jkun qed jezercita ezercizzji fizici, biex ikun aktar b'sahhtu, f'wiehed mill-istabbilimenti f'pajjizna.
Il-kodici ta' prattika ser jitqassam lil dawk li ghandhom lukandi u gymnasia, kif ukoll lill-Kamra tal-Periti. Kopji ta' dan il-kodici jistghu jingabru mill-ufficcju tad-Dipartiment tas-Sahha Pubblika, fl-Imsida jew mill-fergha tas-Sahha Ambjentali fic-Centru Civiku ta' B'Kara.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN