Il-Ministeru ghall-Ambjent iwiegeb lill-Kelliem ta' l-Oppozizzjoni dwar is-Sahha fuq is-servizz ta' emergenza provdut mill-Gvern ghall-gbir ta' l-Iskart
Il-Ministeru għall-Ambjent jirriferi għall-istqarrija maħru'a mill-Kelliem Ewlieni ta' l-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa, Dr Michael Farrugia MP.
Jidher li l-Kelliem Ewlieni ta' l-Oppozizzjoni mhux intiz ma' dak li qed jigri fil-pajjiż. Dan ghaliex mhux biss id-decizjoni li jkun provdut servizz ta' emer'enza ttiehdet immedjatament kif il-pubbliku beda joħro' l-iskart barra, minkejja li kien jaf li ma kienx qed jingabar mill-membri tal-Koperattiva ghall-Indafa Pubblika, izda wkoll huma nies qrib l-istess Oppozizzjoni li ghamlu u qed jaghmlu l-bsaten fir-roti halli jfixklu dan is-servizz.
Tajjeb li nfakkru li l-Gvern kellu jirrikorri għall-uzu ta' membri tal-Forzi Armati biex ikun jista' jipprovdi s-servizz ta' emergenza wara li l-General Workers Union ordnat lill-membri tagħha li jahdmu fit-Taqsima ta' l-Indafa Pubbliku biex ma jaghtux dan is-servizz.
Ir-ra'uni li l-Gvern qed joffri s-servizz ta' emer'enza, minkejja l-akkużi li sarulu li dan qed jagħmlu biex ifixkel l-azzjoni tal-Koperattiva, hi appuntu biex iħares is-saħħa tal-poplu. Wieħed kien jistenna li f'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kelliem Ewlieni ta' l-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa, flok joħro' iparla fil-vojt, jipprova jagħti sehmu biex insaħħu dan is-servizz.
Tajjeb li jissemma wkoll li fl-aħħar tlett ijiem in'abru u ddaħħlu fil-Magħtab jew fl-impjant tar-riciklagg f'Marsaskala, madwar 500 trakk ta' skart li n'abar bħala parti mis-servizz ta' emer'enza.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN