Il-Prim Ministru jattendi s-Summit tal-Partit tal-Poplu Ewropew (PEP)
Il-Prim Ministru, Dr Eddie Fenech Adami, illum ħalla Malta għal Bonn biex jieħu sehem fis-Summittal-Partit tal-Poplu Ewropew (EPP).
F'dan is-Summit, li jsir regolarment qabel kull Summit ta' l-Unjoni Ewropea, mistennija jieħdu sehem il-Prim Ministru ta' Spanja Jos'� Maria Aznar, il-Prim Ministru tal-Bel'ju Jean-Luc Dehaene, il-Prim Ministru tal-Lussemburgu Jean-Claude Juncker, u l-President tal-Parlament Ewropew Jos'�-Maria Gil Robles. Ser jieħdu sehem ukoll il-Prim Ministri ta' numru mill-pajjiżi applikanti għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Wieħed mis-su''etti li ser ikunu diskussi huwa dak dwar il-kriżi fil-Kosovo.
Il-Prim Ministru, li huwa akkumpanjat mill-Assistent Personali tiegħu s-Sur Richard Cachia Caruana, mistenni lura Malta għada, il-'�amis 3 ta' Ġunju.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN