Celebrazzjonijiet tas-Sette Giugno f'Ghawdex
Il-kommemorazzjoni ufficjali f'Ghawdex tal-Jum Nazzjonali tas-"Sette Giugno" ser isir fix-Xaghra, Ghawdex, quddiem ir-residenza ta' Guzepp Bajada, wiehed mill-vittmi ta' l-irvellijiet ta' l-1919.
Din is-sena il-kommemorazzjoni ta' dan l-avveniment ser isir bil-partecipazzjoni tal-Banda Victory u l-Kor Voci Angeliche, il-banda u l-kor tax-Xaghra. Dan kien possibbli bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tax-Xaghra u l-Kumitat Celebrazzjonijiet tal-Millennju f'Ghawdex.
L-Onor Speaker Anton Tabone ser jippresedi c-cerimonja, waqt li Dr Maria Vella ser taghmel id-diskors ta' l-okkazjoni. Wara din ic-cerimonja, fit-8.00 p.m. l-Ensemble Ars Antiqua de Paris ser jaghti kuncert ta' muzika medjevali fis-Sentinella, fic-Cittadella, Victoria. Dan il-grupp ingieb fil-gzejjer Maltin mill-Alliance Francaise de Malte u se jaghti wirja f'Ghawdex fuq inizjattiva tal-Kumitat Celebrazzjonijiet tal-Millennju f'Ghawdex.
Il-pubbliku li jixtieq jattendi huwa avzat li peress li l-postijiet huma limitati huwa mehtieg booking fuq telefon 562741.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN